Mogħdija tan-navigazzjoni
Is-Slovenja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Ċipru u Malta jadottaw l-ewro, biex itellgħu s-sħubija fiż-żona ewro għal 15-il pajjiż tal-UE u popolazzjoni ta' madwar 320 miljun.
Is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008 tiġi mnedija f'Llubljana, fis-Slovenja, mill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-Prim Ministru Sloven u President attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Janez Janša.
L-UE tapprova t-tnedija ta' operazzjoni militari fil-Lvant taċ-Ċad u fil-Grigal tar-Repubblika Afrikana Ċentrali - "EUFOR Tchad/RCA" fil-qafas tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (ESDP), u skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1778 (2007).
Il-Kumitat Politiku u dwar is-Sigurtà tal-Kunsill jaħtar lil Pieter Feith bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE (EUSR) għall-Kosovo.
Javier SOLANA, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Komuni Barranija u tas-Sigurtà (CFSP), jingħata l-Premju għall-Paċi taċ-Children's United Parliament of the World (CUPW) għall-ħidma tiegħu biex jippromwovi l-paċi u l-fehim reċiproku.
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Günter Verheugen, iniedi l-Enterprise Europe Network, netwerk Ewropew ġdid u b'saħħtu ta' appoġġ għall-intrapriżi.
Yves de Kermabon jinħatar Kap tal-missjoni EULEX fil-Kosovo.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta sħubija ta' adeżjoni riveduta mal-Kroazja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo - "EULEX Kosovo".
Is-Sinjura Androula Vassiliou tiġi nominata bħala s-suċċessur tal-kummissarju li se jispiċċa, is-Sur Markos Kyprianou, ta' Ċipru.
Trojka Ministerjali fi Brussell bejn l-UE u l-Istati Uniti taħt il-Presidenza tas-Sur Dimitrij Rupel, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja, li għaliha jattendu s-Sinjura Condoleeza Rice, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, is-Sur Javier Solana, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-CFSP, u l-Kummissarju Benita Ferrero-Waldner.
Issir ġewwa Brussell it-tnax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina.
Il-Parlament Ewropew jiċċelebra l-ħamsin anniversarju tal-ewwel laqgħa tal-Assemblea Parlamentari Ewropea fid-19 ta' Marzu 1958.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid 'smewwiet miftuħa' dwar it-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-linji tal-ajru Ewropej u Amerikani issa jistgħu jtiru mingħajr restrizzjonijiet minn kwalunkwe punt fl-UE għal kwalunkwe punt fl-Istati Uniti, u viċi versa.
Tinħatar il-Kummissarju ġdida għas-saħħa, is-Sinjura Androula Vassiliou, wara r-riżenja tal-kollega Ċiprijott Markos Kyprianou, li telaq sabiex jassumi l-kariga ta' ministru tal-affarijiet barranin fil-gvern il-ġdid Ċiprijott.
L-UE u l-Montenegro jiffirmaw ftehim bilaterali ta' adeżjoni fil-WTO.
F'Tokjo, il-Ġappun, isir is-17-il samit bejn l-UE u l-Ġappun.
Issir ġewwa l-Lussemburgu t-tlettax il-Laqgħa ta' Trojka Ministerjali bejn l-ECOWAS u l-UE.
F'Lima, il-Peru, isir il-ħames samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew (UE-LAC).
F'Lima, il-Peru, isiru t-tielet Trojka bejn il-CARIFORUM u l-UE, u s-samit Trojka bejn il-Mercosur u l-UE.
F'Llubljana, fis-Slovenja, issir Laqgħa ta' Trojka Ministerjali bejn in-Niġerja u l-UE.
Isir ġewwa Brussell it-tmintax-il Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-GCC.
Issir ġewwa Brussell is-46 Laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija.
Issir ġewwa Brussell l-ewwel laqgħa bejn Kap Verde u t-Trojka Ministerjali tal-UE.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jiċċelebra l-50 anniversarju tiegħu b'sessjoni plenarja speċjali ta' kommemorazzjoni.
F'referendum li sar fl-Irlanda, 53.4% tal-elettorat jivvota kontra t-Trattat ta' Lisbona, maħsub sabiex itejjeb l-istituzzjonijiet u l-metodi ta' ħidma tal-UE.
Inawgurata l-espożizzjoni internazzjonali ta' tliet xhur 'Expo Zaragoza' fi Spanja. It-tema hija 'l-ilma u l-iżvilupp sostenibbli' u l-attrazzjonijiet jinkludu bini trasparenti ta' 80 metru ddisinjat biex jidher bħala qatra tal-ilma. F'din l-espożizzjoni qegħdin jipparteċipaw iżjed minn 100 pajjiż.
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi strateġija f'għaxar punti sabiex titnaqqas l-immigrazzjoni illegali. Proposta ta' akkumpanjament tfittex li tagħti lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil l-istess livell ta' protezzjoni kull fejn ikunu fl-UE.
Antonio Tajani jiġi approvat mill-Parlament Ewropew bħala l-Kummissarju tal-UE għat-Trasport, sabiex jissostitwixxi lil Franco Frattini.
Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-ġejjieni tat-Trattat ta' Lisbona u jiddeċiedi li jkompli l-proċess ta' ratifika. Il-mexxejja tal-UE jħeġġu għall-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-prezzijiet dejjem jogħlew tal-ikel u l-fjuwil.
Franza tassumi l-Presidenza rotatorja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-prijoritajiet jinkludu: l-enerġija u t-tibdil fil-klima; it-tfassil ta' patt dwar il-politika tal-migrazzjoni; is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; l-agrikoltura u l-ġejjieni tat-Trattat ta' Liżbona.
Il-mexxejja dinjija jiltaqgħu għal samit tal-G8 f'Toyako, fil-Ġappun. Bl-appoġġ attiv tal-UE huma japprovaw mira ġdida għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra.
samit f'Pariġi jniedi unjoni ġdida tal-Mediterran. Huma maħsuba proġetti konġunti sabiex isaħħu r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha fix-Xlokk.
L-ex mexxej Serb Bosnijaku Radovan Karadzic jiġi arrestat wara 13-il sena maħrub. Huwa jintbagħat sabiex jiġi pproċessat mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY).
Ifaqqa' kunflitt militari bejn il-Ġeorġja u r-Russja. Il-Presidenza tal-UE tgħin sabiex jiġi nnegozjat waqfien mill-ġlied.
Il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu f'samit sabiex jiddiskutu l-ġlied fil-Ġeorġja u jikkundannaw ir-'reazzjoni sproporzjonata' tar-Russja.
L-ekonomija dinjija tintlaqat minn kriżi ekonomika serja. Il-gravità tas-sitwazzjoni tidher b'mod ċar meta l-gvern Amerikan jintervjeni sabiex isalva mill-falliment lill-istituti ta' kreditu ipotekarju Fannie Mae u Freddie Mac. Diversi banek Ewropej ukoll jesperjenzaw diffikultajiet.
Il-Parlament Ewropew iniedi servizz tat-televiżjoni fuq l-internet: 'Europarl TV' bi programmi f'iżjed minn 20 lingwa dwar il-kwistjonijiet il-kbar u l-iżjed aħbarijiet riċenti li jaffettwaw lill-UE.
Il-kriżi finanzjarja tiddomina l-Kunsill Ewropew. Il-mexxejja tal-UE jsejħu għal riforma tas-sistema finanzjarja, fosthom iżjed superviżjoni fuq skala internazzjonali, sistema globali ta' 'twissija bikrija' u standards regolatorji mad-dinja kollha sabiex jassiguraw it-trasparenza u l-kontabilità.
Catherine Ashton tiġi kkonfermata bħala l-kummissarju l-ġdid għall-Kummerċ Estern, biex tieħu post Peter Mandelson.
Is-seba' laqgħa bejn l-Asja u l-UE (ASEM7) twassal, fost l-oħrajn, għal dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.
Il-Kunsill iniedi azzjoni militari konġunta tal-UE sabiex ittejjeb is-sigurtà marittima 'l barra mill-kosta tas-Somalja. L-operazzjoni Atlanta hija reazzjoni għan-numru dejjem jiżdied ta' attakki fuq il-bastimenti minn pirati.
Id-diskussjonijiet fis-samit UE-Russja ffukaw fuq il-Ġeorġja, is-sigurtà pan-Ewropea u l-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Laqgħa tal-G-20 biex tiddiskuti l-kriżi finanzjarja globali. Il-mexxejja jaqblu li jimplimentaw riformi li għandhom isaħħu s-swieq finanzjarji, jintroduċu aktar ġestjoni tar-riskju, u jgħinu lill-pajjiżi emerġenti u dawk li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikollhom aċċess għall-finanzi matul ir-riċessjoni ekonomika.
samit ta' Brussell – jintlaħaq ftehim fuq azzjoni dwar il-klima, appoġġ għall-ekonomija u risposta għall-kriżi finanzjarja. Jiġi miftiehem pjan għar-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona mill-Irlanda.
L-UE tilqa' lill-Isvizzera fiż-'żona Schengen', li tippermetti lill-persuni jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi mingħajr kontrolli fil-fruntiera filwaqt li tkun żgurata kooperazzjoni akbar bejn il-pulizija.
Il-premju Sakharov tal-Parlament Ewropew jingħata lid-dissident Ċiniż Hu Jia li attwalment jinsab il-ħabs.