Mogħdija tan-navigazzjoni

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009

2007

Jannar

1

L-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija ttella' n-numru ta' Stati Membri għal 27 u l-popolazzjoni fi ħdan l-Unjoni għal 492.8 miljun abitant. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar lis-Sinjura Meglena Kuneva (Bulgarija) u lis-Sur Leonard Orban (Rumanija) bħala membri tal-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Ottubru 2009.
L-UE issa għandha 23 lingwa uffiċjali, wara ż-żieda tal-Bulgaru, ir-Rumen u l-Irlandiż.
Is-Slovenja tadotta l-ewro.
Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

16

Il-Parlament Ewropew jeleġġi lil Hans-Gert Poettering bħala l-President tiegħu.

Frar

7

Il-Kummissarju Dimas jippreżenta l-premjijiet tal-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità lill-bliet ta' Léon, Budapest u Bologna.
Illum jaħbat il-15-il Anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, magħruf l-aktar bħala t-Trattat ta' Maastricht, li ġie ffirmat fis-7 ta' Frar 1992 mit-12-il membru tal-UE li kien hemm dak iż-żmien.

13

Issir ġewwa Brussell id-disa' Laqgħa tal-Kunsill Konġunt ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakastan.

Marzu

6

Issir fi Brussell it-tielet laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kroazja.

8-9

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.

11

It-tielet Ġurnata Ewropea għall-Vittmi tat-Terroriżmu timmarka t-tielet anniversarju tal-attakk terroristiku tal-11 ta' Marzu 2004 f'Madrid li fih mietu 192 persuna. Din il-ġurnata sservi wkoll biex tfakkar l-attakki bomba ġewwa Londra fis-7 ta' Lulju 2005.

24-25

F'Berlin issir laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat u tal-gvern fl-okkażjoni tal-ħmistax-il anniversarju tal-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma.

April

3

Il-Komunità Ewropea ssir l-ewwel organizzazzjoni li tissieħeb fil-Konferenza ta' The Hague dwar il-Liġi Internazzjonali Privata.

17

Id-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jorganizza ġurnata ta' djalogu fi Brussell sabiex jimmarka l-Ewwel Ġurnata Ewropea tal-Bdiewa Żgħażagħ.

19

Il-Kunsill jaħtar lis-Sur Torben Brylle bħala r-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tal-UE għas-Sudan mill-1 ta' Mejju 2007.

30

samit UE-Stati Uniti f'Washington DC, li fih jiġi ffirmat il-ftehim 'Smewwiet Miftuħa' dwar it-trasport transatlantiku bl-ajru, il-parteċipanti jiftiehmu wkoll li jiżviluppaw relazzjonijiet ekonomiċi aktar mill-qrib matul is-snin li ġejjin.

Mejju

8

F'Rijad, fl-Għarabja Sawdija, isiru s-17-il Kunsill Konġunt u laqgħa ministerjali bejn il-GCC u l-UE.

15

Issir ġewwa Brussell it-8 Laqgħa ta' Trojka Ministerjali bejn l-UE u l-Afrika.

18

F'Samara, fir-Russja, isir it-tmintax-il samit bejn l-UE u r-Russja.

24

Il-Kunsill jestendi għal sena oħra l-mandat tal-Missjoni ta' Għajnuna fil-Fruntiera tal-UE għall-punt ta' passaġġ ta' Rafah bejn Gaża u l-Eġittu (EUBAM Rafah).

Ġunju

4

samit UE-Kanada ġewwa Berlin, fil-Ġermanja.

5

F'Berlin, fil-Ġermanja, isir is-sittax-il samit bejn l-UE u l-Ġappun.

18

Isiru fil-Lussemburgu l-ħdax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina u d-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Moldova.

21

Fi Vjenna, l-Awstrija, issir ir-raba' laqgħa f'livell ministerjali tad-djalogu dwar l-enerġija bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt (OPEC).

21-22

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.

23-28

Issir f'Wiesbaden, il-Ġermanja, it-13-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-ACP u l-UE.

Lulju

1

Il-Portugall jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4

L-ewwel samit UE-Brażil f'Lisbona, fil-Portugall.

10

Il-Kunsill tal-Ecofin japprova l-adozzjoni tal-ewro minn Ċipru u Malta mill-1 ta' Jannar 2008.

23

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri jiltaqgħu fi Brussell għall-ftuħ formali ta' konferenza intergovernattiva (IGC) dwar abbozz ta' Trattat ta' riforma sabiex jemenda t-Trattati tal-UE.

24

Issir ġewwa Brussell ir-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Awwissu

1

Il-Bulgarija u r-Rumanija jsiru membri sħaħ tal-Europol.

25

Titħabbar il-mewt ta' Raymond Barre, ex Prim Ministru ta' Franza mill-1976 sal-1981, u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea mill-1967 sal-1973.

26

Titħabbar il-mewt ta' Gaston Thorn, ex Membru tal-Parlament Ewropew mill-1959 sal-1969, Prim Ministru tal-Lussemburgu mill-1974 sal-1979, President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1975 sal-1976, u President tal-Kummissjoni Ewropea mill-1981 sal-1985.

Settembru

14

Isir f'Kiev il-ħdax-il samit bejn l-UE u l-Ukraina.

17

Il-Qorti tal-Prim'Istanza żżomm sentenza tal-2004 fil-kawża anti-trust li ilha għaddejja kontra l-ġgant Amerikan tas-softwer, Microsoft, ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

19

Is-Sur Gilles de Kerchove jinħatar il-Koordinatur il-ġdid tal-UE Kontra t-Terroriżmu.
Is-Servizz ta' Spezzjoni Postali tal-Istati Uniti (USPIS) u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jiffirmaw ftehim ta' kollegament.

25

Tiġi adottata l-Green Paper dwar il-mobilità urbana "Lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana".

Ottubru

10

Fi Tshwane, fl-Afrika ta' Isfel, issir it-Tieni Trojka Ministerjali fil-qafas tas-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika ta' Isfel u l-UE.

11

F'Ouagadougou, fil-Burkina Faso, issir it-tnax-il Laqgħa ta' Trojka Ministerjali bejn l-ECOWAS u l-UE.

15

Jiġi ffirmat fil-Lussemburgu ftehim ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (SAA) u ftehim interim bejn l-UE u l-Montenegro.

16

Issir fil-Lussemburgu t-tmien laqgħa tal-Kunsilli ta' Kooperazzjoni UE-Armenja, UE-Azerbajġan, u UE-Ġeorġja.

18-19

samit importanti f'Lisbona dwar it-Trattat ta' Riforma, li fih jiġi maqbul it-test preċiż għat-'Trattat ta' Lisbona' l-ġdid li se jiġi ffirmat b'mod formali mill-mexxejja Ewropej kollha f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007.

26

F'Mafra, fil-Portugall, isir l-għoxrin samit bejn l-UE u r-Russja.

Novembru

1

Il-Brigadier Ġenerali Jürgen Scholz jilħaq flok il-Brigadier Ġenerali Friedrich Eichele bħala l-kap il-ġdid tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan.

5-6

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tas-sħubija Ewro-Mediterranja jiltaqgħu f'Lisbona.

6

Piero Fassino jinħatar bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Burma/Mjanmar.

30

Fi New Delhi, l-Indja, isir it-tmien samit bejn l-UE u l-Indja.

Diċembru

12

Hans-Gert Poettering - President tal-Parlament Ewropew, Jose Manuel Barroso - President tal-Kummissjoni, u Jose Socrates - Prim Ministru Portugiż u President fil-kariga tal-Kunsill tal-UE, jiffirmaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali waqt ċerimonja formali li saret fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

13

It-Trattat ta' Lisbona jiġi ffirmat f'Mosteiro dos Jeronimos, f'Lisbona. Il-Parlament Ewropew jadotta t-tieni qari tal-baġit tal-UE għall-2008, li jiġi ffirmat b'mod uffiċjali fil-Parlament fi Brussell fit-18 ta' Diċembru.

14

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.

18-20

Issir l-ewwel sessjoni plenarja ordinarja tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latin Amerikana (EUROLAT), li tlaqqa' flimkien MPE u parlamentari mill-Amerika Latina.

21

Titkabbar iż-żona Schengen sabiex tinkludi lill-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?