Mogħdija tan-navigazzjoni
L-Awstrija tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Illum jaħbat il-25 anniversarju tal-adeżjoni tal-Greċja, u l-20 anniversarju tal-adeżjonijiet tal-Portugall u ta' Spanja fil-Komunitajiet Ewropej.
Issir ġewwa Brussell il-ħdax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bulgarija.
Il-Kummissjoni Ewropea tniedi White Paper fuq id-diskussjoni dwar l-Ewropa - l-involviment taċ-ċittadini bħala l-bażi ta' politika ta' komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Michel Delebarre, Sindku ta' Dunkirk (reġjun ta' Nord-Pas-de-Calais) u MP, jiġi elett President tal-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) fis-sessjoni plenarja inawgurali tal-CoR li saret fi Brussell.
Il-Parlament Ewropew jadotta, b'maġġoranza kbira, rapport tal-ewwel qari dwar il-leġislazzjoni li tiftaħ is-suq waħdieni tal-UE għas-servizzi. Id-direttiva dwar is-servizzi, magħrufa wkoll bħala d-direttiva Bolkestein, hija kwistjoni fundamentali għall-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso, il-Kummissarju Vladimír Špidla u l-ministru Awstrijak għall-Ekonomija u x-Xogħol, Martin Bartenstein, iniedu fi Brussell is-Sena Ewropea tal-Mobilità tal-Ħaddiema..
L-UE u r-Russja jiffirmaw dokument konġunt sabiex itejbu l-kooperazzjoni bilaterali fl-attivitajiet spazjali.
It-tieni Ġurnata Ewropea għall-Vittmi tat-Terroriżmu.
Issir ġewwa Vjenna t-tmien Ġurnata Ewropea tal-Konsumatur, organizzata mill-Presidenza Awstrijaka f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Issir fi Brussell il-tnax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Rumanija.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Id-domain tal-ogħla livell “.eu” jiftaħ għar-residenti kollha tal-Unjoni Ewropea – ċittadini, assoċjazzjonijiet, każini, eċċ. – sabiex jipprovdi spazju ġdid fuq l-internet u jippromwovi identità tal-UE fuq l-internet.
Issir fil-Lussemburgu t-tieni laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kroazja.
Issir fil-Lussemburgu t-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Moldova. Issir ġewwa l-Lussemburgu l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libanu.
Illum jaħbat is-60 anniversarju tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar l-inizjattiva Ewropea għat-trasparenza, li tniedi dibattitu dwar il-lobbying u dwar l-introduzzjoni ta' obbligi legali għall-Istati Membri sabiex jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġestiti mod konġunt, kif ukoll dwar il-prattiċi ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni.
Illum jaħbat l-għoxrin anniversarju tal-mewt ta' Altiero Spinelli, sostenitur kbir ta' Kostituzzjoni Ewropea, u li għalih issemma wieħed mill-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
F'Sotchi, fir-Russja, isir is-sbatax-il samit bejn l-UE u r-Russja.
Il-Kunsill u l-Parlament jagħżlu l-2007 bħala s-'Sena Ewropea tal-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd".
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Tiftaħ fi Vjenna l-ħdax-il Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE, li tlaqqa' flimkien MPE u parlamentari minn 79 pajjiż tal-ACP (Afrika, Karibew u Paċifiku).
Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-Kanċillier Awstrijak Wolfgang Schüssel u l-President tal-Istati Uniti George W. Bush jiltaqgħu fis-samit bejn l-UE u l-Istati Uniti fi Vjenna biex jiddiskutu l-kooperazzjoni fil-politika barranija, is-sigurtà tal-enerġija, l-ekonomija, il-kummerċ u sfidi globali oħra.
Il-Finlandja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Josep Borrell jinsab iċ-Ċina mit-8 sal-14 ta' Lulju, l-ewwel żjara minn president tal-Parlament Ewropew fi 13-il sena.
Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tippermetti lis-Slovenja li tissieħeb fiż-żona ewro mill-1 ta' Jannar 2007.
Issir ġewwa Brussell it-tmien Laqgħa Konġunta tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakastan.
Issir ġewwa Brussell it-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Kirgiżtan. L-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana jospitaw flimkien ġewwa Brussell Konferenza Internazzjonali dwar id-Darfur.
Parlamentari Għarab u Ewropej joħorġu dikjarazzjoni konġunta dwar il-kriżi dejjem tikber fil-Libanu.
Il-Kumitat tal-Parlament dwar it-Trasport u t-Turiżmu jitlob lista sewda għall-UE kollha tat-trasportaturi bl-ajru li ma jilħqux l-istandards internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru.
Il-Parlament Ewropew jadotta rapport tal-ewwel qari dwar Daphne III, il-programm ta' suċċess tal-UE li jfittex li jiġġieled u jipprevjeni l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa.
Samit bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea f'Ħelsinki, fil-Finlandja. F'Ħelsinki, fil-Finlandja, isir id-disa' samit bejn l-UE u ċ-Ċina.
Il-President tal-Pakistan, il-Ġeneral Pervez Musharraf, iżur il-Parlament Ewropew, fejn jiltaqa' mal-mexxejja tal-gruppi politiċi u mal-President tal-Parlament Ewropew Josep Borrell.
Laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina fi Brussell.
Is-Sur Pierre Morel jinħatar bħala r-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali.
Fi New Delhi, l-Indja, isir is-seba' samit bejn l-UE u l-Indja.
Il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Presidenza li tiffirma ftehim interim dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' informazzjoni tar-rekord tal-isem tal-passiġġier (PNR - passenger name record) mil-linji tal-ajru lill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti.
Alexander Milinkevich, il-mexxej tal-oppożizzjoni fil-Belarus, jitħabbar bħala r-rebbieħ ta' din is-sena tal-Premju Sakharov.
Isir f'Ħelsinki l-għaxar samit bejn l-UE u l-Ukraina.
Isir fi Brussell is-seba' Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Uzbekistan. Laqgħa inawgurali tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latin Amerikana (EUROLAT).
Issir ġewwa Brussell il-ħames laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġordan.
Isir ġewwa Ħelsinki t-tmintax-il samit bejn l-UE u r-Russja.
Il-Parlament Finlandiż jirratifika t-Trattat Kostituzzjonali, li jtella' għal sittax in-numru ta' Stati Membri li rratifikawh.
Issir ġewwa Moska t-tieni laqgħa tal-Kunsill Permanenti ta' Sħubija bejn l-UE u r-Russja (PPC) dwar l-Enerġija.
Il-MPE japprovaw il-Kummissarji magħżula tal-Bulgarija u r-Rumanija. Il-mexxej tal-oppożizzjoni Belarussa, Aliaksandr Milinkevich, jirċievi l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2006 mingħand il-President tal-Parlament Ewropew Josep Borrell.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.