Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Jiġu ppubblikati l-miri strateġiċi tal-Kummissjoni għall-perjodu 2005-2009 "Prosperità, Solidarjetà u Sigurtà".
Issir ġewwa Brussell il-ħames laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija.
Javier SOLANA, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), jiffirma Ftehim mal-Ambaxxatur Marokkin Menouar ALEM dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fl-Operazzjoni Althea, l-operazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar tal-kriżi militari fil-Bosnija u Ħerzegovina. Jidħol fis-seħħ illum il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kroazja.
Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Kyoto, li jagħti lill-komunità internazzjonali l-iżjed strument b'saħħtu tagħha sa issa sabiex tiġġieled it-tibdil fil-klima globali.
Spanja tagħmel referendum dwar il-Kostituzzjoni Ewropea u hija l-ewwel Stat Membru li jagħmel dan.
Il-President Amerikan George W. Bush iżur in-NATO u l-Unjoni Ewropea. Din hija l-ewwel żjara ta' President Amerikan fl-istituzzjonijiet Ewropej.
Jiġi ffirmat ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija fl-operazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar tal-kriżi militari fil-Bosnija u Ħerzegovina (Operazzjoni Althea).
Illum jaħbat l-ewwel anniversarju tal-attakk terroristiku f'Madrid, u ġie stabbilit bħala l-ewwel Jum Ewropew għall-Vittmi tat-Terroriżmu.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jorganizza s-seba' Ġurnata Ewropea tal-Konsumatur, li tiffoka fuq il-konsum sostenibbli u l-ħtieġa li jiġu aċċettati prodotti u servizzi sostenibbli.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
F'Manama, fil-Baħrajn, isiru l-15-il Kunsill Konġunt u laqgħa ministerjali bejn il-GCC u l-UE.
Rem Koolhaas jirċievi l-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Arkitettura kontemporanja/Premju Mies van der Rohe 2005.
Il-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għad-dħul tar-Rumanija u tal-Bulgarija fl-UE. L-adeżjonijiet proprji huma skedati li jseħħu fl-2007.
Isir ġewwa l-Lussemburgu l-14-il samit bejn l-UE u l-Ġappun.
Is-60 anniversarju tat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa.
F'Moska, fir-Russja, isir il-15-il samit bejn l-UE u r-Russja.
Issir ġewwa l-Lussemburgu t-tieni laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċili.
Il-poplu Franċiż jivvota le għar-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali.
Il-poplu Olandiż jivvota le għar-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali.
Il-Grupp ACP ta' 79 stat tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku llum jiċċelebra t-tletin anniversarju tiegħu.
Laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina fil-Lussemburgu.
Issir ġewwa l-Lussemburgu l-ħdax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Rumanija.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Samit UE-Kanada fi Niagara-on-the-Lake, fil-Kanada.
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jospitaw flimkien ġewwa Brussell Konferenza Internazzjonali dwar l-Iraq.
Il-votanti tal-Lussemburgu jivvutaw favur ir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew.
L-għaxar anniversarju tal-massakru ta' Srebrenica.
Issir ġewwa Brussell it-tieni laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
Issir ġewwa Brussell is-seba' Laqgħa Konġunta tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn il-Kazakastan u l-UE.
Il-Jum Internazzjonali tal-Popolazzjonijiet Indiġeni fid-Dinja.
F'Beijing, iċ-Ċina, isir it-tmien samit bejn l-UE u ċ-Ċina.
Fi New Delhi, l-Indja, isir is-sitt samit bejn l-UE u l-Indja.
Tiġi ffirmata fi New York dikjarazzjoni konġunta dwar id-djalogu politiku bejn l-UE u l-Iraq.
Il-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi.
Jiftħu n-negozjati tal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea mat-Turkija u l-Kroazja. Issir ġewwa Londra l-ewwel laqgħa assoluta tal-Kunsill Permanenti ta' Sħubija (PPC) bejn l-UE u r-Russja dwar l-enerġija.
F'Londra jsir is-16-il samit bejn l-UE u r-Russja.
Il-moviment Kuban tal-oppożizzjoni "Damas de Blanco", l-avukat Niġerjana għad-drittijiet tal-bniedem Hauwa Ibrahim u l-organizzazzjoni internazzjonali "Riporters mingħajr Fruntieri" huma r-rebbieħa konġunti ta' din is-sena tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb.
Anne-Marie Sigmund, President tal-KESE, u José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea, jiffirmaw protokoll ġdid ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. Issir ġewwa Brussell is-sitt Laqgħa Konġunta tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika ta' Isfel.
Is-sittax-il anniversarju tal-Waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin.
Isir f'Barċellona s-summit tal-Euromed, u jimmarka l-għaxar anniversarju tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona f'Novembru 1995.
Samit bejn l-UE u l-Ukraina f'Kiev.
Issir ġewwa Brussell is-seba' Laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Kirgiżtan.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.