Mogħdija tan-navigazzjoni

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009

2004

Jannar

1

L-Irlanda tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
F'Garmisch-Patenkirchen, fil-Ġermanja tiġi mnedija s-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni permezz tal-Isports, EYES 2004.
Jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' kooperazzjoni interim bejn l-UE u l-Eġittu.

20

Jum.Solid@rjetà.Żgħażagħ, organizzat mill-Parlament Ewropew u l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO). Għal din l-attività, li ssir Brussell, fil-Belġju, jattendu madwar 550 żagħżugħ u żagħżugħa mill-istati membri kollha tal-UE.

21

Joħroġ ir-rapport annwali dwar l-Istrateġija ta' Lisbona. Dan se jservi bħala bażi għad-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, li huwa skedat li jsir fis-26 ta' Marzu.

Frar

5

Il-Komunità Ewropea u l-Gżejjer Solomon jiffirmaw ftehim bilaterali ġdid dwar is-sajd. Dan se japplika mill-1 ta' Jannar 2005, għal perjodu inizjali ta' tliet snin.

11

Peter Straub, President tal-Parlament ta' Baden-Württemberg, jiġi elett President tal-Kumitat tar-Reġjuni.

12

F'Beijing, il-Komunità Ewropea tiffirma ftehim importanti dwar it-turiżmu maċ-Ċina.

16-19

Issir f'Addis Ababa, l-Etjopja, is-seba' sessjoni tal-Assemblea Parlamentari ACP-UE.

Marzu

12

L-Unjoni Ewropea tifraħ lis-Sur Raúl Rivero, il-ġurnalista u poeta Kuban fil-ħabs, għall-għoti fl-24 ta' Frar li għadda mill-UNESCO, tal-Premju Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-UNESCO/Guillermo Cano 2004.

18

Samit UE-Kanada ġewwa Ottawa, fil-Kanada.

22-23

Issir f'Ateni, il-Greċja, is-sessjoni inawgurali tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.

24

Il-President Prodi jilqa' fi Brussell lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (AUC).

25-26

Isir ġewwa Brussell, fil-Belġju, ir-raba' Kunsill Ewropew annwali tar-rebbiegħa. Dan iffoka fuq l-Istrateġija ta' Lisbona u s-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-Unjoni.

April

5

Fil-Kastell ta' Dublin tiġi ffirmata l-Karta tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fit-Toroq, mal-Prim Ministru Irlandiż Bertie Ahern, il-Ministru tat-Trasport Seamus Brennan u l-Viċi President tal-Kummissjoni Loyola de Palacio.

7

Dikjarazzjoni mill-President Prodi lill-Kummissjoni dwar l-għaxar anniversarju tal-ġenoċidju fir-Rwanda.

13-15

Smigħ tal-Kummissarji mill-10 pajjiżi tal-adeżjoni. Tliet ġimgħat qabel ma l-Unjoni Ewropea ddaħħal għaxar Stati Membri ġodda fl-1 ta' Mejju, il-Parlament Ewropew jagħmel seduti ta' smigħ pubbliċi sabiex jivvaluta l-10 Kummissarji nnominati minn dawn il-pajjiżi.

27

Ir-rappreżentant għoli tal-UE Javier Solana jiltaqa' mal-mexxej Libjan, il-Kurunell Muammar Geddafi, fi Brussell.

30

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Green Paper dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-liġi komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet.

Mejju

1

Jidħol fis-seħħ it-Trattat tal-Adeżjoni u l-akbar tkabbir s'issa tal-Unjoni Ewropea b'10 pajjiżi ġodda - Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka, u s-Slovenja - li flimkien jirrappreżentaw iżjed minn 100 miljun ċittadin, jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.

5

Il-Parlament Ewropew jipproċedi għal vot formali ta' approvazzjoni għall-għaxar Kummissarji ġodda mill-istati membri ġodda matul l-aħħar sessjoni parzjali tal-leġiżlatura preżenti. Il-Kunsill tal-Ministri jaħtar ukoll formalment lill-għaxar Kummissarji ġodda.

28-29

Fi Guadalajara, fil-Messiru, isir samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew.

29

Samit bejn Trojka tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċili fi Guadalajara, fil-Messiku.

29

Samit bejn il-Messiku u l-UE fi Guadalajara, fil-Messiku, fl-okkażjoni tat-tielet samit bejn il-LAC (Amerika Latina u l-Karibew) u l-UE.

Ġunju

1

Jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Green Paper dwar l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni f'Unjoni Ewropea mkabbra.

17-18

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Il-Kunsill iddeċieda li l-Kroazja hija pajjiż kandidat għas-sħubija u li għandu jinbeda l-proċess tal-adeżjoni.

22

Samit bejn l-UE u l-Ġappun f'Tokjo, il-Ġappun.

26

Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-Kastell ta' Dromoland, Co.Clare, fl-Irlanda.

29

Issir ġewwa Brussell, fil-Belġju, l-2595 laqgħa tal-Kunsill tal-kapijiet ta' stat jew tal-gvern. José Manuel Durão Barroso jiġi nominat President magħżul tal-Kummissjoni, Javier Solana jinħatar Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentant għoli għall-PESK u Pierre de Boissieu bħala deputat Segretarju Ġenerali. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern iddeċidew ukoll li s-Sur Solana għandu jinħatar bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-UE fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni.

Lulju

1

Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

8

Samit bejn l-UE u l-Ukraina ġewwa The Hague, l-Olanda.

20

Il-Parlament Ewropew il-ġdid jeleġġi lil Josep Borrell Fontelles bħala l-President tiegħu.

20-23

Tibda taħt il-Presidenza tal-iżjed membru anzjan, Giovanni Berlinguer, is-sessjoni plenarja tal-ftuħ tas-sitt Parlament Ewropew elett direttament u riċentement imkabbar.

22

Il-Parlament Ewropew japprova l-ħatra ta' José Manuel Barroso bħala l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea.

Awwissu

12

José Manuel Barroso, President magħżul tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżenta l-portafolji ta' politika tal-24 Kummissarju nominat.

27

Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ Uffiċċju ta' Kollegament ġdid fi Pristina, fil-Kosovo.

Settembru

14

L-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

26

Tiġi ċċelebrata llum il-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi 2004.

27 ta' Settembru – 8 ta' Ottubru

Il-kumitati speċjalizzati tal-Parlament Ewropew jagħmlu sensiela ta' seduti ta' smigħ mal-24 Kummissarju nominat bi preparazzjoni għall-vot tal-approvazzjoni tal-Parlament dwar il-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid b'mod komplessiv.

Ottubru

11

L-UE u t-Taġikistan jiffirmaw Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni fil-Lussemburgu.

12

Samit bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-UE f'Hanoi, il-Vjetnam.

26

Il-President magħżul Barroso jirtira l-proposta tiegħu għall-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Huwa ttamat li fil-ġimgħat li ġejjin tiġi ppreżentata proposta ġdida quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni tagħhom.

29

Il-kapijiet ta' stat u tal-gvern u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE jiffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.

Novembru

4-5

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Dan jiffoka fuq tliet kwistjonijiet: il-preparazzjoni tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija ta' Lisbona; żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, il-'Programm ta' The Hague'; u l-komunikazzjoni tal-Ewropa.

8

Samit bejn l-UE u l-Indja ġewwa The Hague, l-Olanda.

18

Il-Parlament Ewropew japprova l-Kummissjoni ġdida Barroso b'449 vot favur, 149 vot kontra u 82 astensjoni.

20-25

Issir fl-Aja t-tmien sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE. Is-suġġetti prinċipali diskussi huma t-traġedja umanitarja fid-Darfur, is-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju u d-djalogu politiku bejn l-ACP u l-UE.

23

Laqgħa fi Brussell tal-Kunsill Konġunt ta' Kooperazzjoni bejn l-Afrika ta' Isfel u l-UE.

25

Samit bejn l-UE u r-Russja fl-Aja, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Diċembru

2

Iċċelebrat illum il-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità 2004.

8

Isir ġewwa l-Aja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-seba' samit bejn l-UE u ċ-Ċina.

14

Il-Premju Sakharov jingħata lill-assoċjazzjoni Belarussa tal-ġurnalisti waqt seduta formali tal-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarja tiegħu ġewwa Strasburgu.

16-17

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?