Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Greċja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-UE tiċċelebra 10 snin tas-Suq Waħdieni.
Tiġi inawgurata fil-Bosnija u Ħerzegovina l-ewwel Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea.
Titnieda f'Ateni s-Sena Ewropea tal-Persuni b'Diżabilità.
Fi Brussell, il-Belġju, issir laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-ASEAN.
Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Nizza.
Kunsill Ewropew straordinarju fi Brussell, il-Belġju.
Referendum f'Malta dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
F'Ateni, il-Greċja, l-UE u n-NATO jiffirmaw patt ta' sigurtà.
Il-Parlament Ewropew jadotta rapport li japprova l-adeżjoni ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja fl-2004.
Isir ġewwa Brussell, fil-Belġju, it-tielet Kunsill Ewropew annwali tar-rebbiegħa. Il-Ministri jiddeċiedu li jżidu l-isforzi sabiex jimplimentaw l-istrateġija għall-kompetittività, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali li ġiet maqbula f'Lisbona.
Referendum fis-Slovenja dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
Il-Parlament Ewropew japprova l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea.
Referendum fl-Ungerija dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-UE. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
F'Ateni, il-Greċja, jiġi ffirmat it-Trattat tal-Adeżjoni bejn l-UE u r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
Referendum fil-Litwanja dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
Referendum fis-Slovakkja dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
Samit bejn l-UE u l-Kanada f'Ateni, il-Greċja.
Samit bejn l-UE u r-Russja ġewwa San Pietruburgu, ir-Russja.
Referendum fil-Polonja dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
Referendum fir-Repubblika Ċeka dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
Kunsill Ewropew f'Tessaloniki, il-Greċja. Il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-istati tal-Balkani u jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jinkludu lil dawn tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea bil-kundizzjoni li dawn jippromwovu l-istabilità demokratika, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp ekonomiku.
Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti f'Washington DC. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jiddeċiedu li jikkooperaw fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu u l-proliferazzjoni tal-armi. Huma jiddeċiedu li jaqsmu l-informazzjoni dwar kontijiet bankarji suspettużi, u li jwaqqfu timijiet ta' investigazzjoni konġunti.
L-Italja tassumi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
L-Isvezja tagħmel referendum dwar l-ewro. Il-maġġoranza ma taqbilx mas-sħubija fil-munita Ewropea waħdiena.
F'Cancún, fil-Messiku, issir il-ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Suppost kellha tinnegozja fuq grupp ta' proposti għall-investiment, il-kompetizzjoni, it-trasparenza fl-akkwisti tal-gvern u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, iżda tispiċċa bil-parteċipanti ma jistgħux jilħqu ftehim.
Referendum fil-Latvja dwar is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.
F'Ruma, l-Italja, issir il-Konferenza Intergovernattiva (IGC). Il-kompitu prinċipali tagħha huwa li tfassal il-verżjoni finali tal-ewwel kostituzzjoni tal-UE. L-IGC għandha tilħaq ftehim qabel l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew, ippjanati għal Ġunju 2004.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Is-Samit iffoka fuq tliet kwistjonijiet: is-segwitu għall-Kunsill ta' Tessaloniki dwar l-ażil u l-immigrazzjoni; il-politika ekonomika mill-perspettiva tal-inizjattiva dwar it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni.
F'Madrid, fi Spanja, issir il-Konferenza dwar ir-Rikostruzzjoni tal-Iraq. Id-depożiti 28 biljun) kienu f'diversi forom, fosthom għajnuna umanitarja u għar-rikostruzzjoni, krediti tal-esportazzjoni u finanzjament ta' proġetti, u kienu jkopru perjodi ta' żmien differenti.
Bidla fil-Presidenza tal-Bank Ċentrali Ewropew. Is-Sur Jean-Claude Trichet, ex gvernatur tal-Banque de France jilħaq flok Dr Willem F. Duisenberg, li kien President tal-BĊE mill-1 ta' Ġunju 1998 sal-31 ta' Ottubru 2003.
Samit bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa f'Ruma, l-Italja.
Fi Brussell, il-Belġju, issir laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar l-IGC.
F'Venezja, l-Italja, issir konferenza ministerjali dwar l-iżvilupp sostenibbli fis-sajd.
Samit bejn l-UE u l-Indja fi New Delhi, l-Indja.
Il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li toħroġ l-ewwel kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-attivitajiet ta' rikostruzzjoni fl-Iraq.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Iffirmar ta' ftehim ta' stabbiliment għall-ftuħ ta' delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f'Sana'a, fil-Jemen, minn Jannar 2004.