Mogħdija tan-navigazzjoni
Spanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-muniti u l-karti tal-ewro jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-tnax-il Stat Membru parteċipanti: l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja.
Il-Parlament Ewropew jeleġġi lis-Sur Pat Cox bħala l-President tiegħu.
L-ewro ssir il-munita unika fit-12-il Stat Membru parteċipanti, hekk kif jintemm il-perjodu ta' ċirkolazzjoni doppja. Issir ġewwa Brussell is-sessjoni tal-ftuħ tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.
Kunsill Ewropew ġewwa Barċellona, fi Spanja. Il-Kunsill jiffoka fuq kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u jagħti prijorità lill-interkonnessjoni tal-ekonomiji Ewropej fil-livell tas-swieq finanzjarji u l-enerġija, in-netwerks tat-trasport u tal-komunikazzjoni, fejn iħeġġeġ l-adozzjoni rapida ta' leġislazzjoni għall-ftuħ tas-swieq għal dan il-għan.
Tiġi varata GALILEO, is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni u pożizzjonament bis-satellita.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Green Paper dwar politika Komunitarja ta' ripatrijazzjoni tar-residenti illegali.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Green Paper dwar modi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwimiet fil-liġi ċivili u kummerċjali.
L-UE u l-Alġerija jiffirmaw Ftehim ta' Assoċjazzjoni f'Valenzja, fi Spanja.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta proposta għall-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika.
Samit bejn l-UE u l-Kanada f'Toledo, fi Spanja.
Samit ġewwa Madrid, fi Spanja, bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew.
Samit bejn l-UE u l-Messiku f'Madrid, fi Spanja.
Samit bejn l-UE u r-Russja ġewwa Moska.
L-Unjoni Ewropea tirratifika l-Protokoll ta' Kyoto.
L-UE u l-Libanu jiffirmaw Ftehim ta' Assoċjazzjoni fil-Lussemburgu.
Kunsill Ewropew f'Sevilja, fi Spanja.
Samit bejn l-UE u l-Ukraina f'Kopenħagen, id-Danimarka.
Samit bejn l-UE u l-Ġappun f'Tokjo.
Wara ħamsin sena jiskadi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (ECSC).
Samit bejn l-UE u ċ-Ċina f'Kopenħagen, id-Danimarka.
Samit bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea f'Kopenħagen, id-Danimarka.
Tiġi ċċelebrata l-ewwel Ġurnata Ewropea tal-Lingwi.
Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda l-għeluq tan-negozjati tal-adeżjoni sal-aħħar tal-2002 mal-pajjiżi li ġejjin: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u s-Slovenja. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-pajjiżi se jkunu lesti għas-sħubija fl-UE mill-bidu tal-2004.
Samit bejn l-UE u l-Indja f'Kopenħagen, id-Danimarka.
F'referendum ieħor li sar, il-poplu Irlandiż jivvota favur it-Trattat ta' Nizza.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Samit bejn l-UE u r-Russja ġewwa Brussell, fil-Belġju.
Fi Brussell, il-Belġju, jiġi ffirmat Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċili.
Kunsill Ewropew ġewwa Kopenħagen, fid-Danimarka.
Samit UE-Kanada ġewwa Ottawa, fil-Kanada.