Mogħdija tan-navigazzjoni
L-Isvezja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Greċja ssir it-12-il membru taż-żona ewro.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta Green Paper dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodotti (IPP).
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta White Paper dwar strateġija ġejjiena għas-sustanzi Kimiċi.
Wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2000 li saret ġewwa Nizza, fi Franza, jiġi ffirmat Trattat ġdid li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej (Trattat ta' Nizza).
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-politika komuni tas-sajd wara l-2002.
Kunsill Ewropew fi Stokkolma, l-Isvezja. Dan jistabbilixxi l-linji gwida sabiex jinkiseb tkabbir sostnut, kundizzjonijiet makro-ekonomiċi stabbli u l-miri tar-rata ta' impjieg.
Samit bejn l-UE u r-Russja ġewwa Moska.
F'referendum li sar fl-Irlanda, il-poplu jivvota kontra t-Trattat ta' Nizza.
F'Gothenburg, fl-Isvezja, isir Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti.
Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Gothenburg, l-Isvezja. Tiġi approvata strateġija għall-iżvilupp sostenibbli, jiġu approvati l-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika u jiġu approvati l-prinċipji bażiċi sabiex tkun assigurata l-sostenibbiltà fuq perjodu fit-tul tas-sistemi tal-pensjoni.
Samit bejn l-UE u l-Kanada fi Stokkolma, l-Isvezja.
L-UE u l-Eġittu jiffirmaw Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-promozzjoni ta' qafas Ewropew għar-responsabilità soċjali korporattiva.
Samit tal-G7/G8 f'Ġenova, l-Italja. Il-parteċipanti jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin: is-saħħa, il-kummerċ internazzjonali, il-ġlieda kontra l-faqar, l-iżvilupp, id-dejn pubbliku, l-ambjent, is-sigurtà fl-ikel, il-Balkani u l-Lvant Nofsani.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-governanza Ewropea.
Samit bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina fi Brussell, il-Belġju.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-Politika Ewropea tat-trasport.
Kunsill Ewropew speċjali fi Brussell, il-Belġju, sabiex jivvaluta s-sitwazzjoni internazzjonali wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru fi New York u Washington, fl-Istati Uniti tal-Amerika, u sabiex jistabbilixxi l-linji gwida għar-rispons tal-UE.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-kumpens lill-vittmi tal-kriminalità.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea.
Samit bejn l-UE u r-Russja ġewwa Brussell, fil-Belġju.
Laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew tal-gvern f'Ghent, il-Belġju. Jingħata appoġġ sħiħ lill-azzjoni meħuda kontra t-terroriżmu fil-qafas definit min-Nazzjonijiet Uniti u terġa' tiġi affermata s-solidarjetà sħiħa mal-Istati Uniti.
Jiġi ffirmat ftehim ta' stabbilizzazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kroazja.
F'Doha, fil-Qatar, issir il-konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar iż-Żgħażagħ.
Samit bejn l-UE u l-Indja fi New Delhi.
L-UE tiffirma ftehim ta' kooperazzjoni mal-Pakistan.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-programm ta' ħidma tagħha għall-2002.
Samit bejn l-UE u l-Ġappun fi Brussell, il-Belġju.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta Green Paper dwar l-istabbiliment ta' Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-protezzjoni skont il-liġi kriminali tal-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-Kummissjoni Ewropea tadotta Green Paper dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill 4064/89.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku tar-rapport annwali tal-UE għall-2001.
Il-pajjiżi taż-żona ewro jibdew iqassmu l-kits tal-ewro. Iċ-ċittadini issa jistgħu jixtru l-muniti tal-ewro qabel il-bidla għall-munita unika.
Kunsill Ewropew f'Laeken, fil-Belġju. Dan jadotta dikjarazzjoni dwar il-ġejjieni tal-Unjoni li twitti t-triq għal riforma kbira. Huwa jiddeċiedi wkoll li jsaħħaħ ir-rwol tal-Ewropa fid-dinja, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li jikkonkludi n-negozjati mal-pajjiżi kandidati li huma lesti għall-adeżjoni sal-aħħar tal-2002.
Samit bejn l-UE u l-Kanada f'Ottawa.