Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Portugall jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Sentenza Kreil. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddikjara li l-leġislazzjoni Ġermaniża li teskludi n-nisa mill-forzi armati, ħlief għas-servizzi tas-saħħa u l-baned mużikali militari, tmur kontra l-liġi Komunitarja dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar is-sigurtà tal-ikel.
Issir ġewwa Brussell, fil-Belġju, is-sessjoni tal-ftuħ tal-Konferenzi Ministerjali Intergovernattivi għan-negozjati tal-adeżjoni ta' Malta, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Bulgarija.
Bi preparazzjoni għall-White Paper dwar ir-riforma li l-Kummissjoni għandha toħroġ sa Marzu, jiġi adottat dokument konsultattiv dwar il-pjan ta' azzjoni għat-twettiq tar-riforma.
Issir ġewwa Brussell, fil-Belġju, ir-Raba' Konferenza Ministerjali dwar in-negozjati bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP) bil-għan li tiġi stabbilita sħubija għall-iżvilupp. L-Unjoni u l-pajjiżi tal-ACP jiftiehmu fuq il-pjan ta' azzjoni li għandu jsegwi r-raba' Konvenzjoni ta' Lomé li tiskadi fi Frar.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar l-assistenza ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.
Tiftaħ fi Brussell, il-Belġju, il-konferenza intergovernattiva dwar ir-riforma istituzzjonali.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar ir-riforma tagħha.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar in-negozjar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Kunsill Ewropew speċjali f'Lisbona, il-Portugall, biex jiddeċiedi fuq strateġija ġdida tal-Unjoni sabiex issaħħaħ l-impjiegi, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali bħala parti minn ekonomija bbażata fuq l-għarfien.
Il-Kunsill għall-"Ġustizzja u l-Affarijiet Interni" jadotta pjan ta' azzjoni kontra l-kriminalità organizzata.
Isir ġewwa l-Kajr, fl-Eġittu, Samit Afrika-Ewropa, taħt il-patronaġġ tal-Organizzazzjoni tal-Għaqda Afrikana u l-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (Sezzjoni tal-Gwida) - miżuri biex jgħinu fl-impjieg taż-żgħażagħ, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni.
Laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja.
F'Ljubljana, fis-Slovenja, issir id-disa' laqgħa bejn il-President tal-Parlament Ewropew u l-Presidenti tal-Parlamenti tal-pajjiżi applikanti għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-Greċja ssir it-tnax-il membru taż-żona ewro.
L-Istituzzjonijiet Ewropej jiċċelebraw il-50 anniversarju tad-"Dikjarazzjoni ta' Schuman".
Il-Parlament u l-Kunsill jadottaw deċiżjoni li tipproklama s-sena 2001 bħala s-Sena Ewropea tal-Lingwi.
Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew issir f'Santa Maria de Feira, fil-Portugall. Jiġu adottati l-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika għall-Istati Membri u l-Komunità għas-sena 2000; jiġi approvat id-dħul tal-Greċja fl-ewro; tiġi adottata strateġija komuni dwar ir-reġjun tal-Mediterran; jiġi approvat il-pjan ta' azzjoni għad-dimensjoni tat-Tramuntana fil-politika barranija u transkonfinali tal-Unjoni Ewropea u jingħata appoġġ għall-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni Ewropea kontra d-drogi.
Il-Komunità u l-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) jiffirmaw, f'Cotonou, fil-Benin, Konvenzjoni sabiex tissostitwixxi dawk iffirmati f'Lomé.
F'Lisbona, il-Portugall, isir l-ewwel Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja.
Franza tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
F'Tokjo, il-Ġappun, isir id-disa' Samit bejn l-UE u l-Ġappun. Id-diskussjonijiet huma ċċentrati fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ġenerali bejn il-Ġappun u l-UE, inklużi r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, il-kooperazzjoni bejn il-Ġappun u l-UE f'fora internazzjonali, fosthom is-Samit tal-G8, in-Nazzjonijiet Uniti u l-ASEM, u s-sitwazzjoni internazzjonali, fosthom il-Peniżola Koreana, il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani u l-Kosovo/Ewropa tax-Xlokk.
Samit tal-G8 f'Okinawa, il-Ġappun. Il-parteċipanti jiddiskutu l-Ekonomija Dinjija, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, l-Iżvilupp, id-Dejn, is-Saħħa, l-Edukazzjoni, il-Kummerċ, id-Diversità Kulturali, il-Kriminalità u d-Drogi, it-Tixjiħ, il-Bijoteknoloġija u s-Sigurtà fl-Ikel, il-Ġenomu Uman, l-Ambjent, is-Sikurezza Nukleari, il-Prevenzjoni tal-Kunflitti, id-Diżarm, in-Non-Proliferazzjoni u l-Kontroll tal-Armi u t-Terroriżmu.
Il-Kummissjoni Ewropea tadotta Green Paper dwar kwistjonijiet ambjentali marbuta mal-polyvinyl chloride (PVC).
Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-ġestjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-appoġġ għall-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'pajjiżi terzi.
Isir ġewwa New York, fl-Istati Uniti tal-Amerika, is-Samit tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Romani Prodi jiltaqa' mal-Prim Ministru Ehud Barak tal-Iżrael, il-President Seyed Mohammad Khatami tal-Iran u l-President Ċilen Ricardo Lagos.
Kunsill Informali tal-ECOFIN f'Versailles, fi Franza. Il-Ministri tal-Ekonomija u l-Finanzi jiddiskutu l-livell preżenti tal-prezzijiet taż-żejt u jitolbu lill-OPEC sabiex timplimenta miżuri sabiex tassigura li l-provvisti tas-suq ikunu adattati aħjar għas-sitwazzjoni ekonomika globali.
Laqgħa (djalogu monetarju) fi Brussell bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew u Wim Duisenberg, President tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Samit f'Pariġi, Franza, bejn l-UE u l-Ukraina. Id-diskussjonijiet jiffukaw fuq l-aħħar żviluppi fl-Ukraina u fl-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA), il-kooperazzjoni fil-ġustizzja u fl-affarijiet interni u d-diversi aspetti tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-għeluq ta' Chernobyl.
Isiru ġewwa Brussell, is-seba' laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ungerija u s-sitt laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċeka.
Il-Bank Ċentrali Ewropew, f'azzjoni konġunta mar-Riserva Federali tal-Istati Uniti u l-Bank tal-Ġappun, jintervjeni b'appoġġ għall-ewro.
Id-Danimarka tagħmel referendum dwar l-ewro. Il-maġġoranza ma taqbilx mas-sħubija fil-munita Ewropea waħdiena.
F'Seoul, fil-Korea, isir it-tielet Samit bejn l-Asja u l-Ewropa. Id-diskussjonijiet huma kkonċentrati fuq l-iżviluppi fiż-żewġ reġjuni, l-inkoraġġiment tad-djalogu politiku, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni f'oqsma oħra u fit-tmexxija 'l quddiem tal-proċess tal-ASEM.
Fi Skopje, fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jsir Samit Speċjali dwar il-Proċess ta' Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa.
Samit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja ġewwa Pariġi, fi Franza. Id-diskussjonijiet jiffukaw fuq it-twessigħ tal-oqsma kollha ta' kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja.
Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill ir-rapport globali dwar it-tkabbir, li jikkonsisti f'rapporti dwar il-progress li jivvalutaw lill-pajjiżi kandidati u proposta ta' "sħubija għall-adeżjoni" li tidentifika l-kwistjonijiet prinċipali li trid tindirizza t-Turkija qabel tibda n-negozjati għall-adeżjoni.
Il-Kumitat tar-Reġjuni jorganizza fi Brussell, fil-Belġju, Konferenza dwar it-tkabbir, il-globalizzazzjoni u forom ġodda ta' governanza.
F'Marsilja, fi Franza, issir ir-raba' Konferenza Ewro-Mediterranja.
Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Balkani ġewwa Zagreb, fil-Kroazja.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar strateġija Ewropea għas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Green Paper dwar strateġija Ewropea għas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija.
Fil-marġini tal-Kunsill Ewropew li sar ġewwa Nizza, il-Presidenti tal-Parlament, tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni jipproklamaw formalment il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Kunsill Ewropew f'Nizza, fi Franza. Il-Kunsill jikkonferma li jixtieq jara l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, proklamata b'mod konġunt mill-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, imxerrda bl-aktar mod wiesa' possibbli fost iċ-ċittadini tal-Unjoni. Huwa jilqa' b'sodisfazzjon l-intensifikazzjoni tan-negozjati tal-adeżjoni mal-pajjiżi kandidati u japprezza l-isforzi magħmula minn dawn il-pajjiżi sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-acquis; huwa jilqa' b'sodisfazzjon il-progress reġistrat fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni għat-Turkija. Il-Kunsill jiddiskuti wkoll il-politika Ewropea dwar is-sigurtà u d-difiża, japprova l-Aġenda Soċjali Ewropea, l-innovazzjoni u l-għarfien fl-Ewropa, il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur, is-sigurtà marittima, l-ambjent, is-servizzi ta' interess ġenerali, is-sigurtà tal-provvisti ta' ċerti prodotti, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, il-kultura, ir-reġjuni ta' barra nett u r-relazzjonijiet esterni. Il-Konferenza Intergovernattiva tintemm bi qbil politiku dwar it-Trattat ta' Nizza.