Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jiġi varat uffiċjalment l-ewro. L-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja jadottaw l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħhom.
Spanja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.
Jacques Santer, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jitlob il-fiduċja tal-Parlament.
Is-Sur Jan Karlsson jiġi elett President tal-Qorti tal-Awdituri.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li t-tkeċċija permanenti mit-territorju ta' Stat Membru tmur kontra l-liġi Komunitarja.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar l-informazzjoni tas-settur pubbliku fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-Kummerċ.
Jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u s-Slovenja.
Il-Belġju jiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.
Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-kodiċi ta' kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni u r-relazzjonijiet bejn il-Kummissarji u d-dipartimenti tal-Kummissjoni.
Riżenja kollettiva tal-Kummissjoni wara r-rapport mill-Kumitat ta' Esperti Indipendenti dwar l-allegazzjonijiet fir-rigward ta' frodi, immaniġġar ħażin u nepotiżmu fil-Kummissjoni.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tannulla r-reġistrazzjoni tal-isem "feta" bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta.
Il-Portugall jiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.
Il-Greċja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.
Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-ħatra tas-Sur Romano Prodi bħala President tal-Kummissjoni.
Kunsill Ewropew speċjali f'Berlin, il-Ġermanja. Jintlaħaq ftehim globali dwar l-Aġenda 2000. Is-Sur Prodi jintalab jaċċetta l-pożizzjoni ta' President tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss.
Franza tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.
Fi Stuttgart, il-Ġermanja, issir it-Tielet Konferenza Ewro-Mediterranja. Il-ministri jaqblu li jagħtu impetu ġdid lis-sħubija tagħhom f'kull wieħed mit-tliet oqsma (politika u sigurtà; ekonomiku u finanzjarju; soċjali, kulturali u uman).
Il-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni u regolament dwar projbizzjoni fuq il-forniment u l-bejgħ ta' żejt u prodotti taż-żejt lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja.
Il-Kunsill japprova azzjoni konġunta li tipprovdi appoġġ għar-riċeviment u r-ripatrijazzjoni volontarja tar-refuġjati, il-persuni mċaqalqa minn posthom u dawk li qegħdin ifittxu ażil, fosthom dawk li ħarbu mill-Kosovo. Il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tippermetti lill-Qorti Ewropea tal-Prim'Istanza, f'ċerti ċirkustanzi, li tieħu deċiżjonijiet meta tkun kostitwita minn imħallef wieħed f'każijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-modernizzazzjoni tar-regoli li jimplimentaw l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat tal-KE (politika dwar il-kompetizzjoni).
Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Amsterdam.
Il-Parlament japprova n-nomina tas-Sur Romano Prodi bħala President tal-Kummissjoni.
Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jippreżenta lill-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja numru ta' proposti u ideat dwar il-futur tas-sistema ġurisdizzjonali tal-Unjoni Ewropea.
Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Cologne, il-Ġermanja. Din tadotta l-ewwel strateġija komuni tal-Unjoni Ewropea, li tirrigwarda lir-Russja, u tinnomina lis-Sur Javier Solana Madariaga bħala r-rappreżentant għoli għall-CFSP u s-segretarju ġenerali tal-Kunsill.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Irlanda.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Awstrija, il-Belġju, Spanja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugall u l-Isvezja.
Il-Kunsill jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu dwar il-kontaminazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ikel bid-dijossina.
Samit UE-Kanada ġewwa Bonn, il-Ġermanja. Iż-żewġ naħat jiffirmaw ftehim dwar l-infurzar tal-liġijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni.
Jitwaqqaf l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi.
F'Cologne, il-Ġermanja, isir is-Samit annwali tal-G8. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jiddefinixxu l-prijoritajiet tagħhom sabiex ilaħħqu mal-isfidi tas-seklu 21, b'mod partikolari l-globalizzazzjoni.
F'Bonn, il-Ġermanja, isir it-tmien Samit bejn l-UE u l-Ġappun.
Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti f'Bonn, il-Ġermanja. L-UE u l-Istati Uniti jenfasizzaw l-importanza li gradwalment tiġi stabbilita politika Ewropea komuni dwar is-sigurtà u d-difiża. Il-parteċipanti jiddedikaw ukoll ħafna attenzjoni għar-rikostruzzjoni tal-Kosovo u x-Xlokk tal-Ewropa. Huma jaqblu li l-Kummissjoni taħdem mal-Bank Dinji sabiex tikkoordina l-attivitajiet tad-donaturi.
Tiġi adottata d-Dikjarazzjoni ta' Rio fl-għeluq tal-ewwel Samit tal-kapijiet ta' stat u tal-gvern tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew. Din tenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata sħubija strateġika bejn iż-żewġ reġjuni u tidentifika 55 prijorità għall-azzjoni.
Il-Finlandja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet dwar miżuri protettivi fir-rigward tal-kontaminazzjoni bid-dijossina ta' ċerti prodotti ġejjin mill-annimali destinati għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, u deċiżjonijiet li jawtorizzaw pakkett ta' għajnuna għall-irziezet u n-negozji affettwati mill-kriżi tad-dijossina fil-Belġju.
Laqgħa fi Brussell bejn il-ministri għall-affarijiet barranin tal-15-il Stat Membru tal-UE, l-għaxar pajjiżi kandidati mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru, Malta u l-Iżvizzera (it-Turkija tirrifjuta li tattendi). Il-laqgħa tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u s-sitwazzjoni fil-Balkani tal-Punent.
Il-Parlament Ewropew il-ġdid jeleġġi lis-Sinjura Fontaine bħala l-President tiegħu.
Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-1 ta' Awwissu bħala d-data li fiha tista' tibda l-konsenja ta' prodotti bovini mir-Renju Unit taħt l-iskema ta' esportazzjoni bbażata fuq id-data.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi.
Kumitat Ekonomiku u Soċjali: L-ewwel Konvenzjoni dwar "Ir-Rwol u l-Kontribut tas-Soċjetà Ċivili organizzata fl-Integrazzjoni Ewropea".
Il-Kumitat ta' Esperti Indipendenti tal-Parlament Ewropew joħroġ it-tieni rapport.
Seduti ta' smigħ tal-membri nominati tal-Kummissjoni l-ġdida mill-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew jivvota u japprova l-Kummissjoni ġdida.
Tiġi organizzata fi Vjenna, l-Awstrija, Konferenza Internazzjonali UE-Stati Uniti dwar il-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet.
F'Nassau, fil-Baħamas, issir id-29 Assemblea Konġunta tal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) u l-UE.
Kunsill Ewropew speċjali f'Tampere, il-Finlandja. Jintlaħaq qbil fuq numru ta' linji gwida u prijoritajiet politiċi, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tal-ażil, l-immigrazzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja u l-ġlieda kontra l-kriminalità. Jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-proċeduri għat-tfassil ta' Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Sessjoni Speċjali tal-Assemblea tal-WEU fil-Lussemburgu dwar "Is-Sigurtà u d-Difiża, l-isfida għall-Ewropa wara Cologne".
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jippubblika l-Ewwel Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Samit bejn l-UE u r-Russja f'Ħelsinki, il-Finlandja. Il-kunflitt fiċ-Ċeċenja jokkupa post importanti fid-diskussjonijiet.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li d-deċiżjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-immaniġġar tal-forzi armati jridu b'mod ġenerali josservaw il-prinċipju tat-trattament indaqs bejn in-nisa u l-irġiel.
L-ewwel sentenza mogħtija minn imħallef wieħed fil-Qorti Ewropea tal-Prim'istanza.
Philippe Maystadt jinħatar President tal-Bank Ewropew għall-Investiment.
Il-Kummissjoni toħroġ rapport dwar l-esponiment għad-Dijossina u s-saħħa.
Laqgħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar is-Sessjoni tal-Millennju ġewwa Seattle, fl-Istati Uniti tal-Amerika. Suppost kellha tniedi sessjoni ġdida ta' taħditiet kummerċjali, iżda tintemm bil-parteċipanti ma jistgħux jilħqu ftehim.
Il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi dwar għajnuna Komunitarja għall-assoċjazzjoni u r-rikostruzzjoni lill-Balkani tal-Punent (programm CARA).
Kunsill Ewropew f'Ħelsinki, il-Finlandja. Dan jiddeċiedi li jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni mar-Rumanija, is-Slovakkja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Bulgarija u Malta u li jirrikonoxxi lit-Turkija bħala pajjiż applikant. Dan jaqbel li jsejjaħ Konferenza Intergovernattiva biex tirrevedi t-Trattati fi Frar 2000.
Samit UE-Kanada ġewwa Ottawa, fil-Kanada.
Samit UE-Stati Uniti tal-Amerika f'Washington, USA.
Samit UE-Ċina ġewwa Beijing, fiċ-Ċina. Matul is-Samit ġew imħabbra t-twaqqif ta' Kamra tal-Kummerċ bejn iċ-Ċina u l-UE f'Beijing u t-tkomplija tad-djalogu kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina.