Mogħdija tan-navigazzjoni

1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

1998

Jannar

1

Ir-Renju Unit jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' kooperazzjoni mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Frar

1

Jidħlu fis-seħħ il-Ftehimiet Ewropej mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

Marzu

1

Jidħlu fis-seħħ il-Ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Ukraina u l-ftehim Ewro-Mediterranju ta' assoċjazzjoni mat-Tuneżija.

12

F'Londra ssir konferenza Ewropea li tospita l-ħmistax-il Stat Membru u l-pajjiżi li talbu formalment li jissieħbu fl-UE.

16

Il-Drachma tidħol fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea (EMS).

25

Il-Kummissjoni tadotta r-rapport ta' konverġenza u tirrakkomanda li 11-il Stat Membru jadottaw l-ewro fl-1 ta' Jannar 1999.

30

Laqgħa ministerjali tniedi l-proċess tal-adeżjoni għall-10 pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u Ċipru.

April

2

Sentenza Greenpeace. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tispeċifika taħt liema kundizzjonijiet, persuni jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jitolbu t-tħassir ta' deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni.

3-4

F'Londra, fir-Renju Unit isir it-tieni Samit Ewropa-Asja.

28

Sentenza Kohll vs "Union des Caisses de Maladie" u Decker vs "Caisse de Maladie des Employés Privés". Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li ċ-ċittadini Komunitarji jistgħu jieħu kura medika fi Stat Membru ieħor u jiġu rimborżati skont it-tariffi tal-istat li fih ikunu assigurati.

29

Jiġi ffirmat ġewwa New York, fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Protokoll ta' Kyoto dwar it-tibdil fil-klima.

30

Ftehim ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq.

Mejju

1

Jidħol fis-seħħ il-ftehim qafas ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-membri tal-Ftehim ta' Cartagena.

3

Kunsill speċjali jiddeċiedi li 11-il Stat Membru jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 1999. Wara din id-deċiżjoni, il-Kunsill jadotta żewġ regolamenti dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-ewro u dwar l-introduzzjoni tal-ewro, il-ministri u l-gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri jadottaw l-ewro bħala l-munita unika tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Istitut Monetarju Ewropew jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-iffissar tar-rati irrevokabbli ta' konverżjoni għall-ewro.

7

Il-Ġermanja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

12

Sentenza Martínez Sala vs Freistaat Bayern. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li ċ-ċittadini ta' Stat Membru jistgħu jistrieħu fuq iċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom għal protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità minn Stat Membru ieħor.

15

L-Iżvezja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

15-17

Samit tal-G8 f'Birmingham, fir-Renju Unit.

25

Il-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fl-Afrika.

26

Il-gvernijiet tal-Istati Membri li se jadottaw il-munita unika jaħtru l-president, il-viċi president u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew bi qbil komuni.

Ġunju

1

Stabbiliment tal-Bank Ċentrali Ewropew. Jidħol fis-seħħ il-ftehim li jemenda r-raba' Konvenzjoni ta' Lomé wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu, fosthom protokoll finanzjarju ġdid u l-protokoll li jirregola l-adeżjoni tal-Afrika ta' Isfel fil-konvenzjoni.

8-10

Fi New York issir sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drogi.

15

Ir-Renju Unit jiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

15-16

Kunsill Ewropew f'Cardiff, fir-Renju Unit. Il-Kunsill jispeċifika l-elementi essenzjali tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal iżjed riforma ekonomika biex tippromwovi t-tkabbir, il-prosperità, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Huwa jidentifika modi konkreti ta' kif l-Unjoni titqarreb aktar lejn iċ-ċittadini, jistabbilixxi linji gwida u qafas taż-żmien għal aktar negozjati dwar l-Aġenda 2000 u jniedi dibattitu fuq perjodu fit-tul dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Unjoni.

18

Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar l-implimentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-politika u l-azzjoni tal-UE rigward it-tniġġis tal-ilma.

24

Id-Danimarka tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

25

F'Aarhus, fid-Danimarka, tiġi ffirmata l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Ambjentali, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

30

Sentenza Mary Brown. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddikjara li t-tkeċċija ta' nisa tqal matul il-perjodu tat-tqala tagħhom tmur kontra l-liġi Komunitarja.

Lulju

1

L-Awstrija tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jidħlu fis-seħħ il-ftehim interim mal-Messiku dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Moldova u l-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Jemen.

15

Il-Finlandja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

21

L-Awstrija tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

22

Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar l-approċċ Komunitarju għat-talba ta' ħlas għall-infrastruttura tat-trasport u komunikazzjoni dwar il-miżuri kontra l-iffalsifikar tal-ewro. Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar id-dipartimenti tal-Kummissjoni speċifikament involuti fil-ġlieda kontra l-frodi, b'mod partikolari t-Taqsima għall-Koordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi.

24

L-Italja tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

30

L-Irlanda tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

Settembru

4

Il-Lussemburgu jiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam.

Ottubru

1

Tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni tal-Europol Kontra d-drogi.

15

Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-suq waħdieni.

24-25

Laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew tal-gvern f'Pörtschach, l-Awstrija.

Novembru

4

Il-Kummissjoni tadotta r-rapporti ta' valutazzjoni tal-progress tal-pajjiżi li applikaw għas-sħubija.

10

Konferenzi tal-adeżjoni f'livell ministerjali ma' Ċipru, il-Polonja, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja.

11-13

Issir fi Buenos Aires, l-Arġentina, ir-raba' konferenza tal-partijiet fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

16

Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-valutazzjoni tal-interventi tal-Fond Strutturali għall-perjodi 1989-93 u 1994-99.

Diċembru

9

Il-Kummissjoni tadotta Green Paper fuq il-politika dwar il-frekwenzi. Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-finanzjament Komunitarju ta' ċerti miżuri meħuda b'riżultat tal-kriżi tal-BSE, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni.

11-12

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Vjenna, l-Awstrija. Il-Kunsill jadotta l-linji gwida dwar l-impjiegi għall-1999, jiddeċiedi li jsaħħaħ il-proċess ta' konverġenza tal-politiki dwar l-impjiegi bil-għan ta' patt Ewropew dwar l-impjiegi, jistabbilixxi arranġamenti għar-rappreżentanza esterna tal-ewro, japprova pjan ta' azzjoni għall-istabbiliment ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u jaqbel fuq strateġija għall-ħidma tal-Unjoni fl-1999.

16

Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-ġestjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba sabiex jippromwovu l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni.

31

L-Olanda tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika tat-Trattat ta' Amsterdam. Il-Kunsill jadotta r-rati fissi u irrevokabbli ta' konverżjoni bejn il-muniti nazzjonali tal-11-il Stat Membru parteċipanti u l-ewro.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?