Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar ir-restrizzjonijiet vertikali fil-politika tal-KE dwar il-kompetizzjoni.
Jintlaħaq ftehim dwar is-servizzi bażiċi tat-telekomunikazzjoni fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Il-Parlament jadotta riżoluzzjoni dwar ir-riżultati tal-kumitat temporanju ta' inkjesta dwar l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE).
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) jadottaw dikjarazzjoni konġunta li tistabbilixxi djalogu politiku regolari u jiffirmaw ftehim Ewro-Mediterranju interim ta' assoċjazzjoni għal ħames snin.
Issir fil-Kapitolju, ġewwa Ruma, l-Italja, iċ-ċerimonja kommemorattiva għall-40 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma.
Il-partijiet involuti fil-ftehim Kummerċjali dwar il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni fil-kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), jistabbilixxu l-lista definittiva tal-impenji tagħhom.
Il-Kummissjoni tadotta l-Green Paper bit-titlu "Sħubija għal organizzazzjoni ġdida tax-xogħol".
Drittijiet ugwali ta' pensjoni għar-romol nisa u r-romol irġiel: il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja testendi l-prinċipju tat-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel għall-għoti tal-pensjonijiet tas-sopravissuti fil-kwadru tal-iskemi tal-assigurazzjoni tax-xogħol.
Il-Kunsill tal-Ministri tal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) - UE jadotta deċiżjoni li tapprova l-protokoll li jirregola l-adeżjoni tal-Afrika ta' Isfel fil-Konvenzjoni ta' Lomé.
L-UE tiffirma ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Kambodja u l-Laos.
Il-Kummissjoni tadotta l-programm ta' ħidma tagħha kontra l-frodi għas-snin 1997-1998.
Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni Ewropea bejn l-1992 u l-1995.
Il-Kunsill jistabbilixxi konvenzjoni dwar is-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali. Il-Kunsill jistabbilixxi konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li fiha jkun hemm involuti uffiċjali.
Il-Kunsill jadotta regolament li jistabbilixxi Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija. Il-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni li tiddefinixxi l-istrateġija tal-Unjoni fir-rigward tal-Albanija.
Il-Kummissjoni tadotta pjan ta' azzjoni għas-Suq Waħdieni.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-pensjonijiet supplimentari fis-Suq Waħdieni.
Il-Kunsill Ewropew jiltaqa' f'Amsterdam u jilħaq ftehim fuq abbozz ta' Trattat. Huwa japprova diversi proposti li jiffaċilitaw il-passaġġ mingħajr problemi għat-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, jadotta riżoluzzjoni dwar it-tkabbir u l-impjiegi u jiftaħ it-triq għat-tnedija tal-proċess tat-tkabbir.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-brevett Komunitarju u dwar is-sistema tal-brevetti fl-Ewropa.
Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tippreżenta l-"Aġenda 2000 - għal Ewropa aktar wiesgħa u aktar b'saħħitha" u l-opinjonijiet tagħha dwar l-applikazzjonijiet ta' 10 pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Il-Kunsill Straordinarju tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU) jadotta dikjarazzjoni, li għandha tiġi annessa mal-Att finali tat-Trattat ta' Amsterdam, dwar ir-rwol tiegħu u r-relazzjonijiet tiegħu mal-UE u l-Alleanza tal-Atlantiku.
Issir ġewwa Brussell, it-tielet Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi għar-rikostruzzjoni tal-Bosnija-Ħerzegovina.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jiffirmaw it-Trattat ta' Amsterdam.
Il-Kummissjoni tadotta r-rapport finali għall-kumitat ta' inkjesta temporanju tal-Parlament responsabbli biex jimmonitorja r-rakkomandazzjonijiet dwar l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE).
Sentenza Marschall vs Land Nordrhein-Westfalen. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li liġi nazzjonali li tiggarantixxi prijorità lin-nisa fi promozzjonijiet fis-settur pubbliku, f'każijiet fejn ikun hemm kandidati rġiel u nisa kwalifikati ndaqs għall-post inkwistjoni, ma tmurx kontra l-liġi Komunitarja sakemm ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Jiġi organizzat fil-Lussemburgu Kunsill Ewropew Straordinarju dwar l-impjiegi. Jintlaħaq qbil dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi fl-1998.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.
Fi Kyoto, il-Ġappun, issir konferenza internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li tintemm bl-impenn tal-pajjiżi industrijalizzati li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-konverġenza fis-setturi tal-komunikazzjoni, tal-mezzi tax-xandir u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. F'Ottawa, fil-Kanada, tiġi ffirmata konvenzjoni internazzjonali dwar il-mini kontra l-bniedem.
Il-Kunsill jaqbel li jipprojbixxi r-reklamar dwar it-tabakk.
L-Unjoni Ewropea u l-Messiku jiffirmaw ftehim dwar sħubija ekonomika, koordinazzjoni politika u kooperazzjoni.
Jintlaħaq ftehim dwar is-servizzi finanzjarji fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Il-Kunsill Ewropew jiltaqa' fil-Lussemburgu u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jibda l-proċess tat-tkabbir. Huwa jadotta wkoll riżoluzzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.