Mogħdija tan-navigazzjoni
L-Italja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Tidħol fis-seħħ l-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija.
Ir-Repubblika Ċeka tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Is-Sur Bernhard Friedmann jiġi elett President tal-Qorti tal-Awdituri.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll tal-Inkorporazzjonijiet.
Jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet interim mar-Russja u mal-Ukraina.
Jiġi ffirmat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju mal-Marokk.
F'Bankok, it-Tajlandja, isir Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja.
Sentenzi "Brasserie du pêcheur" u "Factortame". Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tispeċifika meta Stat Membru li jikser il-liġi Komunitarja jista' jinżamm responsabbli għad-danni kkawżati lil persuna privata.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-kontroll tat-traffiku tal-ajru u Green Paper dwar il-protezzjoni legali għas-servizzi kodifikati.
Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri urġenti li jridu jittieħdu għall-protezzjoni kontra l-BSE (Enċefalopatija Sponġiformi Bovina). Hija timponi projbizzjoni mad-dinja kollha fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga Ingliża u prodotti taċ-ċanga.
F'Turin, l-Italja, isir il-ftuħ tal-Konferenza Intergovernattiva sabiex tirrevedi t-Trattat ta' Maastricht. Il-Kunsill Ewropew jiddefinixxi l-aġenda tiegħu.
F'Lille, fi Franza, issir konferenza tal-G7 dwar ix-xogħol.
F'Moska, fir-Russja, issir laqgħa tal-G7+1 dwar is-sigurtà nukleari.
L-Unjoni Ewropea tiffirma ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Ġeorġja, l-Armenja u l-Azerbajġan.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-komunikazzjoni kummerċjali fis-suq waħdieni.
Il-Kunsill jadotta pjan ta' azzjoni tal-UE għar-Russja.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji.
Sentenza Hedley Lomas. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tafferma li Stat Membru li jikser il-liġi Komunitarja billi jirrifjuta li joħroġ liċenzja tal-esportazzjoni lil individwu privat irid iħallas kumpens.
Jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Vjetnam u man-Nepal.
Is-Slovenja tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
F'Ruma, l-Italja, tiġi organizzata konferenza tripartita dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi li tinvolvi lill-istituzzjonijiet Komunitarji, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali.
Jiġu ffirmati l-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uzbekistan u ċ-Ċili.
Kunsill Ewropew f'Firenze, l-Italja. Dan jispjega l-għanijiet u l-aġenda tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC), japprova l-pjan ta' qafas ippreżentat mill-Kummissjoni sabiex tinqered l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u jsolvi l-problema tal-awtorità tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta l-Konvenzjoni tal-Europol.
Il-Kunsill jadotta r-regolament TACIS il-ġdid dwar l-għajnuna lill-Istati Indipendenti Ġodda u lill-Mongolja għas-snin 1996-1999.
Samit tal-G7 f'Lyon, fi Franza. Jiġu adottati tliet dokumenti: dikjarazzjoni dwar it-terroriżmu, komunikat ekonomiku bit-titlu "Nagħmlu suċċess mill-globalizzazzjoni għall-ġid ta' kulħadd" u dikjarazzjoni mill-Presidenza bit-titlu "Lejn sigurtà u stabilità akbar f'dinja iżjed kooperattiva".
L-Irlanda tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper bit-titlu "Il-ħajja u x-xogħol fis-soċjetà tal-informazzjoni: in-nies qabel kollox" u Green Paper dwar ir-rwol, il-pożizzjoni u r-responsabbiltà tal-awditur statutorju.
Il-Kunsill jadotta regolament dwar l-għajnuniet mogħtija għar-rikostruzzjoni tar-repubbliċi tal-ex Jugoslavja.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar l-istrateġija li għandha ssegwi sabiex tagħti ħajja ġdida lill-ferroviji tal-UE.
Wara s-Samit solari dinji li sar ġewwa Harare, fiż-Żimbabwe, il-parteċipanti jniedu programm solari dinji għall-perjodu 1996-2005.
Il-15-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jiffirmaw konvenzjoni dwar l-estradizzjoni u protokoll dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill jadotta l-atti korrispondenti.
Il-Kunsill jiftiehem fuq azzjoni Komunitarja għal projbizzjoni totali tal-mini kontra l-bniedem.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper bit-titlu "L-Edukazzjoni, it-Taħriġ u r-riċerka: l-ostakoli għall-mobilità transnazzjonali".
Kunsill Ewropew Speċjali f'Dublin, l-Irlanda. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jikkonfermaw il-programm għall-Konferenza Intergovernattiva (IGC).
L-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ġewwa l-Awstrija.
Il-Mark Finlandiż jissieħeb fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tal-EMS.
Il-Finlandja tagħmel l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-politika futura dwar l-istorbju.
F'Cork, l-Irlanda, tiġi organizzata Konferenza Ewropea dwar l-iżvilupp rurali.
Il-Kunsill jadotta azzjoni komuni għas-sostenn tal-proċess demokratiku fiz-Zaire, fl-Afrika.
Il-Kummissjoni tadotta tliet Green Papers dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), politika ta' numerazzjoni għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, strateġija Komunitarja għall-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu.
Il-Lira Taljana terġa' tidħol fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tal-EMS.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar l-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea.
Fil-Konferenza ta' Londra ffukata fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' paċi fl-ex Jugoslavja, jiġi adottat pjan għall-konsolidament tal-paċi.
Issir ġewwa Singapor il-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li tingħalaq bi ftehim dwar il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Jiġi ffirmat il-ftehim interim Ewro-Meditarranju mal-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO).
Kunsill Ewropew f'Dublin, l-Irlanda. Dan jilħaq ftehim dwar id-diversi elementi neċessarji għall-introduzzjoni tal-munita unika (qafas legali, patt ta' stabilità, mekkaniżmu ġdid tar-rata tal-kambju), jadotta d-dikjarazzjoni ta' Dublin dwar l-impjiegi u jikkonferma l-kalendarju għall-Konferenza Intergovernattiva (IGC).
F'Washington, fl-Istati Uniti tal-Amerika, isir Samit Transatlantiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika.
Id-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja jiffirmaw il-ftehim ta' Schengen.