Mogħdija tan-navigazzjoni
Franza tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jsiru membri tal-Unjoni Ewropea.
Wara l-vot ta' approvazzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Jannar, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri jaħtru lill-President u l-Membri tal-Kummissjoni Ewropea għal terminu ta' ħames snin.
Il-Kummissjoni tadotta t-tieni parti tal-Green Paper dwar il-liberalizzazzjoni tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u n-netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil.
Sentenza Bordessa. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li ċ-ċittadini jistgħu jesportaw flus tal-karta, muniti u ċekkijiet mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.
Issir fi Brussell il-Konferenza Ministerjali tal-G7 dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni. F'din l-okkażjoni jitnieda "Europa", is-sit elettroniku tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika rapport speċjali dwar l-istrument finanzjarju ta' koeżjoni.
Il-Kunsill u l-Parlament jiffirmaw il-Programm Socrates fil-qasam tal-edukazzjoni.
F'Pariġi jiġi ffirmat u adottat il-Patt ta' Stabilità għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Schengen bejn il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar ir-rwol tal-Unjoni fil-qasam tat-turiżmu.
Il-Liechtenstein jirratifika l-adeżjoni tiegħu fiż-Żona Ekonomika Ewropea permezz ta' referendum.
Il-Kunsill jadotta rapport dwar il-funzjonament tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bi preparazzjoni għall-Konferenza Intergovernattiva tal-1996.
Il-Kumitat tar-Reġjuni jadotta opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess dwar il-preparamenti għall-Konferenza Intergovernattiva tal-1996.
L-Awstrija tiffirma l-Ftehim ta' Schengen.
Il-Liechtenstein jissieħeb fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
Il-Kummissjoni tapprova l-programm Info 2000 sabiex tiffavorixxi l-iżvilupp ta' industrija Ewropea ta' kontenut multimedjali fis-soċjetà emerġenti tal-informazzjoni.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar it-tħejjija tal-pajjiżi assoċjati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għall-integrazzjoni fis-Suq intern tal-Unjoni Ewropea.
It-Trattat dwar in-non-proliferazzjoni tal-armi nukleari jiġi estiż għal perjodu indeterminat (azzjoni konġunta taħt il-politika komuni barranija u tas-sigurtà).
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar l-arranġamenti prattiċi għall-introduzzjoni tal-munita waħda.
Jiġu ffirmati Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewropea mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.
F'Halifax, il-Kanda, isir il-21 Samit tal-G7.
Ir-Rumanija tapplika sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Is-Slovakkja tapplika sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Kunsill Ewropew f'Cannes, fi Franza. Jintlaħaq ftehim globali dwar il-finanzjament estern li jinkludi arranġamenti ta' ffinanzjar għat-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għall-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP). Jiġi kkonfermat il-passaġġ għall-munita unika sal-1 ta' Jannar 1999.
Spanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew jaħtar lil Jacob Söderman, Finlandiż, bħala Ombudsman tal-Unjoni Ewropea.
Jiġu ffirmati ftehim interim mar-Russja, ftehim Ewro-Mediterranju mat-Tuneżija u ftehim ta' kooperazzjoni mal-Vjetnam.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u dwar il-"mudelli ta' utilità" (protezzjoni legali tal-proprjetà intellettwali).
L-Istati Membri jiffirmaw il-Konvenzjoni tal-Europol dwar il-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija.
F'Beijing, iċ-Ċina, tiftaħ ir-raba' konferenza dinjija dwar in-Nisa.
L-Istati Membri jadottaw lista ta' pajjiżi mhux membri li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea.
Il-Latvja tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Sentenza Kalanke. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tqis li miżura li tiggarantixxi prijorità awtomatika lin-nisa fil-promozzjonijiet tmur lil hinn mill-prinċipju tat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel u għalhekk hija diskriminatorja fuq il-bażi tas-sess tal-persuna.
Jiġi ffirmat ftehim ġdid bejn il-Euratom u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari.
Jiġi ffirmat Ftehim ta' Kooperazzjoni man-Nepal. Jiġi ffirmat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju mal-Iżrael.
L-Estonja tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Konferenza Ewro-Mediterranja ġewwa Barċellona.
Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar in-netwerk taċ-ċittadini (trasport urban) u White Paper dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Il-Litwanja tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-politika tal-enerġija għall-Unjoni Ewropea.
F'Pariġi jiġi ffirmat il-ftehim ta' paċi Dayton għall-ex Jugoslavja. Il-Bulgarija tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Sentenza Bosman. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tistabbilixxi li r-regoli tal-federazzjonijiet tal-futbol li jillimitaw in-numru ta' plejers barranin fit-timijiet tal-futbol u dawk li jirrigwardaw it-trasferimenti tal-plejers imorru kontra l-liġi Komunitarja.
Kunsill Ewropew f'Madrid, Spanja. Dan jistabbilixxi d-29 ta' Marzu 1996 bħala d-data tal-bidu għall-Konferenza Intergovernattiva u jikkonferma l-introduzzjoni tal-munita unika (l-"ewro") għall-1 ta' Jannar 1999.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Dinji jorganizzaw laqgħa fi Brussell għall-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet donaturi għar-rikostruzzjoni tal-Bosnija-Ħerzegovina.