Mogħdija tan-navigazzjoni

1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

1994

Jannar

1

Il-Greċja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Tibda t-tieni fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja u jiġi stabbilit l-Istitut Monetarju Ewropew (EMI). Jidħol fis-seħħ il-ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Frar

19

Il-Qorti tal-Awdituri tippubblika r-rapport speċjali dwar il-kontrolli tal-irregolaritajiet u l-frodi fil-qasam agrikolu.

Marzu

9-10

Sessjoni inawgurali tal-Kumitat tar-Reġjuni, li ġie mwaqqaf bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Jacques Blanc jiġi elett President.

29

Laqgħa informali tal-ministri għall-affarijiet barranin f'Ioannina. Tiġi adottata deċiżjoni ta' kompromess dwar ir-regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet b'maġġoranza kwalifikata, bi preparazzjoni għat-tkabbir.

30

Jiġu konklużi fi Brussell in-negozjati tal-adeżjoni mal-Awstrija, l-Isvezja, il-Finlandja u n-Norveġja.

31

L-Ungerija tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

April

5

Il-Polonja tapplika formalment sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

6

Il-Kummissjoni tadotta Green Paper dwar il-politika awdjoviżiva tal-Unjoni.

15

Jiġi ffirmat f'Marrakech, il-Marokk, l-att finali tan-negozjati tas-sessjoni tal-Urugwaj (GATT).

19

Il-Kunsill jiddeċiedi fuq azzjoni konġunta taħt il-politika komuni barranija u tas-sigurtà b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

26

Il-Parlament u l-Kunsill jadottaw ir-raba' programm qafas dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni (1994-1998).

Mejju

25

Il-bord tal-gvernaturi tal-Bank Ewropew għall-Investiment jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Investiment.

26-27

Titlaqqa' ġewwa Pariġi, fi Franza, il-konferenza inawgurali għal Patt ta' Stabilità għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Ġunju

9-12

Jinżammu għar-raba' darba l-elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.

12

F'referendum li sar fl-Awstrija, il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

14

Jiġi ffirmat fil-Lussemburgu ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina.

24-25

Kunsill Ewropew f'Korfù, il-Greċja. Dan jiddiskuti prinċipalment it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi. Jiġu ffirmati l-Atti tal-Adeżjoni tal-Awstrija, l-Isvezja, il-Finlandja u n-Norveġja. Jiġi ffirmat ftehim ġdid ta' sħubija u kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri u r-Russja.

Lulju

1

Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

8-10

F'Napli, l-Italja, isir l-għoxrin Samit Ekonomiku tal-Punent.

14

Sentenza Faccini Dori. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tafferma li Stat Membru li jikkawża dannu lil persuna privata billi ma jittrasponix direttiva fil-liġi nazzjonali tiegħu jrid iħallas kumpens bil-kundizzjoni li jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

15

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fi Brussell: Jacques Santer jintgħażel bħala s-suċċessur ta' Jacques Delors bħala President tal-Kummissjoni.

18

Jiġu ffirmati fi Brussell ftehimiet ta' kummerċ ħieles mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

19-26

Il-Parlament Ewropew il-ġdid jagħmel l-ewwel sessjoni parzjali tiegħu fi Strasburgu. Is-Sur Klaus Hänsch jiġi elett bħala President. Is-Sur Santer jinħatar formalment bħala l-President li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea.

27

Il-Kummissjoni tadotta White Paper dwar il-Politika Soċjali Ewropea.

Ottubru

10

Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Afrika ta' Isfel. F'Budapest, l-Ungerija, tiftaħ konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE).

16

F'referendum li sar fil-Finlandja, il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

25

Il-Kummissjoni tadotta l-ewwel parti tal-Green Paper dwar il-liberalizzazzjoni tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u n-netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil.

Novembru

13

F'referendum li sar fl-Iżvezja, il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

15

Il-Kunsill tal-Istitut Monetarju Ewropew jiltaqa' għall-ewwel darba fi Frankfurt.

28

Ir-referendum Norveġiż jirrifjuta l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

29

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jadottaw il-prospett finanzjarju 1995-99 aġġustat sabiex jikkunsidra t-tkabbir.

30

Il-Kunsill jadotta l-ewwel azzjoni konġunta fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Diċembru

6

Il-Kunsill jadotta l-programm Leonardo da Vinċi fit-taħriġ vokazzjonali u jgħaddi l-ewwel riżoluzzjoni tiegħu taħt il-Protokoll dwar il-Politika Soċjali.

9-10

Il-Kunsill Ewropew f'Essen, il-Ġermanja, jistabbilixxi l-linji ta' azzjoni għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi b'referenza speċjali għall-miżuri sabiex jiġi miġġieled il-qgħad u jiġu attivati n-netweks trans-Ewropej. Huwa jaqbel fuq strateġija globali biex tressaq lill-pajjiżi assoċjati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant eqreb lejn il-Komunità u jerġa' jsostni d-determinazzjoni tiegħu li jistabbilixxi sħubija Ewro-Mediterranja. Huwa japprova l-prinċipju ta' programm multi-annwali ta' għajnuna għall-Irlanda ta' Fuq.

15-16

Il-Kunsill jadotta konklużjoni dwar l-istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 u dwar l-ambjent u t-trasport. Huwa jadotta wkoll regolament dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u direttiva dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart perikoluż.

17

Tiġi ffirmata f'Lisbona l-Karta Ewropea dwar l-Enerġija.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?