Mogħdija tan-navigazzjoni

1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

1992

Jannar

1

Il-Portugall jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Frar

3

Il-Kunsill jadotta miżuri biex jgħin lill-Kroazja, is-Slovenja, ir-Repubbliċi Jugoslavi tal-Bosnija u Ħerzegovina u l-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

7

F'Maastricht jiġi ffirmat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mill-ministri tal-affarijiet barranin u tal-finanzi tal-Istati Membri.

19

Il-Kummissjoni tadotta green paper dwar l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent.

Marzu

18

Il-Finlandja tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.

April

4

L-Escudo jidħol fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea.

Mejju

2

F'Porto, il-Portugall, jiġi ffirmat ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

20

L-Isvizzera tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.

Ġunju

2

F'referendum li sar fid-Danimarka, il-poplu jivvota kontra r-ratifika tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

3-14

F'Rio de Janeiro, il-Brażil, issir il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED). Il-Komunità tipparteċipa fiha u tiffirma xi Konvenzjonijiet Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima Globali u d-Diversità Bijoloġika.

18

F'referendum li sar fl-Irlanda, il-poplu jivvota favur ir-ratifika tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

26-27

Kunsill Ewropew f'Lisbona, il-Portugall. Dan jissottolinja l-importanza li jiġi rrispettat il-kalendarju għar-ratifika tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Lulju

1

Ir-Renju Unit jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

2

Il-Lussemburgu jirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

6-8

Isir ġewwa Munich, il-Ġermanja, it-tmintax-il Samit Ekonomiku tal-Punent. Il-membri tas-seba' pajjiżi l-iżjed industrijalizzati fid-dinja jħarsu lejn id-definizzjoni ta' sħubija ġdida mal-bqija tal-Ewropa u d-dinja, fuq il-bażi ta' kondiviżjoni progressiva ta' valuri komuni.

31

Il-Greċja tirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Awwissu

7

Il-Kunsill jadotta regolament dwar l-estensjoni tal-programm ta' għajnuna ekonomika (PHARE) lis-Slovenja.

25

F'Londra, fir-Renju Unit, tiftaħ konferenza internazzjonali dwar l-ex Jugoslavja.

Settembru

20

F'referendum li sar fi Franza, il-poplu jivvota favur ir-ratifika tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Ottubru

7

Il-Kummissjoni tagħti iżjed għajnuna tal-emerġenza lill-vittmi tal-gwerra fl-ex Jugoslavja.

12-13

Issir ġewwa Ġinevra, fl-Isvizzera, konferenza tad-donaturi għall-għajnuna lis-Somalja. Il-Komunità tipparteċipa minħabba d-donazzjonijiet futuri tagħha.

16

Kunsill Ewropew straordinarju ġewwa Birmingham, fir-Renju Unit. Dan jadotta dikjarazzjoni dwar "Komunità qrib taċ-ċittadini tagħha".

26

L-Italja tirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Novembru

4

Il-Belġju jirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

25

In-Norveġja tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej. Spanja tirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Diċembru

2

Il-Kummissjoni tadotta white paper dwar l-iżvilupp ġejjieni tal-politika komuni dwar it-trasport.

6

F'referendum li sar fl-Iżvizzera, il-poplu jivvota kontra r-ratifika tal-Ftehim li jistabbilixxi Żona Ekonomika Ewropea.

11

Il-Portugall jirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

11-12

Kunsill Ewropew ġewwa Edinburgh, fir-Renju Unit. Dan joffri lid-Danimarka arranġamenti speċjali sabiex tkun tista' tagħmel referendum ieħor dwar ir-ratifika tat-Trattat. Huwa japprova l-pakkett Delors II u jiffissa d-data tal-1 ta' Jannar meta għandhom jibdew in-negozjati dwar is-sħubija mal-Awstrija, l-Isvezja u l-Finlandja.

15

Il-Pajjiżi l-Baxxi jirratifikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

18

Il-Ġermanja tirratifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

21

Is-Sur André Middelhoek jiġi elett President tal-Qorti tal-Awdituri.

23

Il-Kummissjoni tadotta Green Paper bit-titlu "Il-Pluraliżmu u l-Konċentrazzjoni tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni tal-Massa fis-Suq Intern - Valutazzjoni tal-ħtieġa ta' azzjoni Komunitarja".

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?