Mogħdija tan-navigazzjoni

1990 | 1991 | 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999

1991

Jannar

1

Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Marzu

18

F'Managua, fin-Nikaragwa, tiftaħ is-7 konferenza ministerjali bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-Pajjiżi tal-Amerika Ċentrali flimkien mal-pajjiżi kooperattivi tal-Panama, il-Kolumbja, il-Messiku u l-Venezwela. Il-konferenza tiffoka fuq id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni ekonomika (San José VII).

April

8

Laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu, sabiex jeżamina l-problemi fil-Lvant Nofsani b'riżultat tal-kriżi tal-Golf. Huwa jiddeċiedi dwar l-għajnuna umanitarja urġenti li għandha tingħata lill-Kurdi u lil refuġjati oħra.

14

F'Londra, fir-Renju Unit, jiġi inawgurat il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

Ġunju

4

Il-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa jadotta pjan ta' azzjoni dwar "L-Ewropa kontra l-AIDS".

19

F'Berlin, il-Ġermanja, tiftaħ l-ewwel sessjoni tal-Kunsill tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE).

28-29

Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu. Dan jikkonferma l-ħtieġa li jsiru ż-żewġ konferenzi intergovernattivi ċċentrati fuq l-unjoni ekonomika u monetarja u fuq l-aspetti tal-unjoni politika, b'mod parallel fuq il-bażi tal-abbozz ta' Trattat ippreparat mill-Presidenza.

Lulju

1

Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. L-Isvezja tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.

15-17

F'Londra, fir-Renju Unit, isir is-sbatax-il Samit Ekonomiku tal-Punent. Il-parteċipanti jaqblu li jkollhom laqgħat annwali mal-Unjoni Sovjetika u jiddefinixxu pjan ta' appoġġ għal dan. Huma jaqblu wkoll li jiftħu s-swieq tagħhom għall-prodotti u s-servizz mill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u jimpenjaw ruħhom sabiex itemmu b'suċċess in-negozjati tas-Sessjoni tal-Urugwaj.

22

Il-Kunsill jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Iżrael u lill-popolazzjoni Palestinjana tat-Territorji Okkupati.

25

Sentenza Stoeckel. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Franċiża dwar ix-xogħol li tipprojbixxi lin-nisa milli jaħdmu billejl fis-settur tal-industrija tmur kontra l-prinċipju tat-trattament indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-aċċess għax-xogħol.

Awwissu

22

Tentattiv li ma rnexxiex ta' kolp ta' stat fl-Unjoni Sovjetika.

Settembru

1

Tidħol fis-seħħ ir-raba' Konvenzjoni ta' Lomé, dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP).

7

Fl-Aja, il-Pajjiżi l-Baxxi, tiftaħ il-Konferenza tal-Paċi dwar il-Jugoslavja.

Ottubru

21

Il-Kunsill jilħaq ftehim dwar l-istabbiliment taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

30-14/11

F'Madrid, ġewwa Spanja, tiftaħ il-Konferenza dwar il-Paċi fil-Lvant Nofsani. Il-Komunità tingħata r-rwol ewlieni fin-negozjati multilaterali li jmiss.

Novembru

6

Il-Kummissjoni tiddeċiedi li twaqqaf Uffiċċju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja.

7

Il-Kunsill jaqbel dwar it-tnaqqis tad-dejn tal-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP).

19

Sentenza Francovich. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tafferma li Stat Membru li jikkawża danni lil individwu privat billi jikser il-liġi Komunitarja jrid iħallas kumpens.

26

Il-Komunità tissieħeb fl-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u b'hekk issir l-ewwel organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika li tgawdi sħubija sħiħa f'aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti.

Diċembru

9-10

Kunsill Ewropew ġewwa Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi. Dan jilħaq ftehim dwar l-abbozz ta' Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

16

Jiġu ffirmati "Ftehimiet Ewropej" mal-Polonja, l-Ungerija u ċ-Ċekoslovakkja.

17

Tiġi ffirmata l-Karta Ewropea dwar l-Enerġija.

21

F'Alma Ata, fil-Kazakastan, il-Presidenti tar-Repubbliċi tal-Unjoni Sovjetika, ħlief il-Ġeorġja, jiffirmaw ftehim li joħloq il-Komunità tal-Istati Indipendenti (ISC).

25

Is-Sur Gorbatchev jirriżenja minn President tal-Unjoni Sovjetika.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?