Mogħdija tan-navigazzjoni

1980 | 1981 | 1982 | 1983 | 1984 | 1985 | 1986 | 1987 | 1988 | 1989

1989

Jannar

1

Spanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Frar

2

Sentenza Cowan. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tagħti sentenza dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità. Hija tagħti l-istess benefiċċji ta' kumpens lil turist Ingliż li safa attakkat fil-metro ta' Pariġi, bħal dak li kien jingħata lil ċittadin Franċiż.

Marzu

13

L-għaxar anniversarju tas-Sistema Monetarja Ewropea.

April

5-6

Tmiem tal-eżami f'nofs terminu tas-sessjoni tal-Urugwaj u adozzjoni ta' aktar oqfsa ta' negozjar.

12

Il-Kumitat Delors jippreżenta r-rapport dwar l-unjoni ekonomika u monetarja. Il-Parlament jadotta d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali.

Ġunju

15

Elezzjonijiet ġenerali fl-Irlanda.

15-18

Isiru għat-tielet darba l-elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.

18

Elezzjonijiet ġenerali fil-Greċja.
Elezzjonijiet ġenerali fil-Lussemburgu.

19

Il-peseta Spanjola tidħol fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea (EMS); tiġi aġġustata l-kompożizzjoni tal-ECU wara l-inklużjoni tal-peseta Spanjola u l-escudo Portugiż.

26-27

Kunsill Ewropew f'Madrid, fi Spanja. Huwa jadotta konklużjonijiet dwar l-unjoni ekonomika u monetarja, jenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn l-aspetti soċjali u ekonomiċi tas-suq waħdieni u jikkonferma li l-ambjent huwa kwistjoni ta' prijorità. Huwa jadotta wkoll żewġ dikjarazzjonijiet importanti dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u fiċ-Ċina.

Lulju

1

Franza tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

14-16

Samit Ekonomiku tal-Punent f'Pariġi, fi Franza. Dan jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkoordina l-miżuri neċessarji sabiex tassisti fir-ristrutturazzjoni ekonomika fil-Polonja u fl-Ungerija.

17

L-Awstrija tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunità Ewropea.

Settembru

6

Elezzjonijiet ġenerali fil-Pajjiżi l-Baxxi.

19

F'Varsavja, il-Polonja, jiġi ffirmat il-ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità u l-Polonja.

Ottubru

2

Tiġi organizzata konferenza awdjoviżiva ġewwa Pariġi, fi Franza. Din tagħlaq b'dikjarazzjoni konġunta, minn 26 pajjiż Ewropew u l-Kummissjoni, dwar it-twaqqif ta' "Eureka Awdjoviżiva" sabiex iżżid il-produttività u l-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib.

29

Elezzjonijiet leġiżlattivi fi Spanja.

Novembru

5

Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Greċja.

9

Jaqa' l-Ħajt ta' Berlin. Ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża tiftaħ il-fruntieri tagħha.

Diċembru

8-9

Kunsill Ewropew ġewwa Strasburgu, fi Franza. Dan jiddeċiedi li jsejjaħ konferenza intergovernattiva qabel l-1990 biex tfassal emendi fit-Trattat għall-istadji finali tal-unjoni ekonomika u monetarja. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern ta' 11-il Stat Membru jadottaw il-Karta tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema.

15

F'Lomé, it-Togo, tiġi ffirmata l-Konvenzjoni ġdida tal-Afrika, Karibew, Paċifiku (ACP) - Komunità Ekonomika Ewropea bejn il-pajjiżi tal-UE u d-69 pajjiż tal-ACP.

18

Fi Brussell, il-Belġju, jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità u l-Unjoni Sovjetika.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?