Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Fi Brussell, il-Belġju, issir laqgħa ministerjali bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) sabiex tiddiskuti s-suq intern.
Kunsill Ewropew fi Brussell. Dan jilħaq ftehim dwar il-konklużjonijiet kollha relatati mal-proġett "L-Att Waħdieni: Fruntiera ġdida għall-Ewropa".
Il-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta' "Ewropa 1992 - L-isfida globali", studju mwettaq fuq talba tagħha minn grupp ta' esperti indipendenti sabiex jivvaluta l-vantaġġi tas-suq waħdieni.
Elezzjonijiet presidenzjali fi Franza.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fid-Danimarka.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fi Franza.
Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill Ewropew Green Paper bit-titlu "Id-drittijiet tal-awtur u l-isfida tat-teknoloġija - Kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur li jeħtieġu azzjoni immedjata".
Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf; tiġi ppubblikata dikjarazzjoni politika konġunta.
F'Ottawa, il-Kanada, isir Samit Ekonomiku tal-Punent.
Kunsill Ewropew f'Ħanover, il-Ġermanja. Dan jenfasizza l-importanza tal-aspetti soċjali tal-progress lejn il-miri tal-1992, jesprimi tħassib ambjentali u jaħtar kumitat sabiex iwassal għall-unjoni monetarja; huwa jaqbel ukoll li Jacques Delors jerġa' jinħatar bħala President tal-Kummissjoni.
Il-Greċja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Jidħol fis-seħħ il-ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja, li kien approvat f'Ġunju.
Jiġi ffirmat fi Brussell ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità u l-Ungerija. Il-Kunsill Ewropew jadotta dikjarazzjoni rigward il-liġi Amerikana dwar il-kummerċ u l-kompetittività (l-"Att dwar il-Kummerċ"). Huwa jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-potenzjal protezzjonista tal-liġi.
Il-Komunità tirratifika l-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu.
Ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tal-konvenzjoni bejn il-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) u l-Komunità Ekonomika Ewropea.
Il-Kunsill Ewropew jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
Kunsill Ewropew f'Rodi, il-Greċja. Dan jevalwa l-progress lejn l-1992, fejn jenfasizza l-importanza tal-ħidma dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-importanza li tiġi żviluppata l-kapaċità awdjoviżiva tal-Ewropa.