Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Lord Henry Plumb jiġi elett bħala l-President il-ġdid tal-Parlament.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Irlanda.
F'Ruma, l-Italja, issir ċelebrazzjoni uffiċjali għat-30 anniversarju tal-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma.
Il-gvern Tork japplika formalment sabiex jissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.
Il-Bank ta' Spanja jiffirma ftehim sabiex jissieħeb fis-Sistema Monetarja Ewropea.
Wara r-riżultati tar-referendum dwar ir-ratifika tal-Att Waħdieni Ewropew li sar fl-Irlanda, il-kostituzzjoni Irlandiża tiġi emendata sabiex tippermetti lill-Irlanda tirratifika l-Att Waħdieni u tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika.
Samit Ekonomiku tal-Punent f'Venezja, l-Italja.
Elezzjonijiet Ewropej fi Spanja.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Renju Unit.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Italja.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Dan jeżamina d-diversi aspetti tal-Att Waħdieni Ewropew.
Id-Danimarka tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Jidħol fis-seħħ l-Att Waħdieni Ewropew.
Elezzjonijiet Ewropej u leġiżlattivi fil-Portugall.
Il-Kunsill jimmodifika r-regolamenti interni tiegħu fir-rigward tal-bidu tal-proċedura tal-vot. Minbarra li jiftaħ proċedura tal-vot fuq inizjattiva tiegħu, il-President tal-Kunsill irid jiftaħha fuq inizjattiva ta' Membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jkun hemm il-qbil tal-maġġoranza tal-Membri tal-Kunsill.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fid-Danimarka.
Il-ministri għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji jadottaw diversi miżuri sabiex isaħħu s-Sistema Monetarja Ewropea (EMS).
Il-Kunsill jadotta l-programm ta' qafas dwar ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għas-snin 1987-1991.
Il-Bank tal-Portugall jiffirma ftehim sabiex jissieħeb fis-Sistema Monetarja Ewropea (EMS).
Kunsill Ewropew ġewwa Kopenħagen, fid-Danimarka. Dan jiddeċiedi li jkompli jeżamina, fi Frar 1988, id-diversi aspetti tal-pjan sabiex jagħti effett lill-Att Waħdieni.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Belġju.