Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Spanja u l-Portugall jissieħbu fil-Komunitajiet Ewropej.
Elezzjonijiet presidenzjali fil-Portugall.
Jiġi ffirmat fil-Lussemburgu u fl-Aja l-Att Waħdieni Ewropew li jimmodifika t-Trattat ta' Ruma.
Sentenza Marshall. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkjarifika l-prinċipju tat-trattament indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, inkluża l-politika dwar it-tkeċċijiet.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fi Franza.
Sentenza Nouvelles Frontières. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li r-regoli tat-Trattati, inklużi dawk dwar il-kompetizzjoni, huma applikabbli għall-qasam tat-trasport bl-ajru.
Tidħol fis-seħħ it-Tielet Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé, ġewwa t-Togo, fit-8 ta' Diċembru 1984.
Samit Ekonomiku tal-Punent f'Tokjo, il-Ġappun.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Il-bandiera Ewropea, adottata mill-istituzzjonijiet Komunitarji, tittella' għall-ewwel darba quddiem il-bini Berlaymont mad-daqq tal-innu Ewropew.
Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiffirmaw dikjarazzjoni konġunta kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fi Spanja.
Kunsill Ewropew ġewwa l-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Ir-Renju Unit jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
F'Punta del Este, l-Urugwaj, il-Ministri ta' 92 nazzjon jiftiehmu fuq sessjoni ġdida ta' negozjati kummerċjali multilaterali (sessjoni tal-Urugwaj).
Kunsill Ewropew ġewwa Londra, fir-Renju Unit. Dan jeżamina bir-reqqa l-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-immigrazzjoni klandestina u t-traffikar tad-drogi.