Mogħdija tan-navigazzjoni

1980 | 1981 | 1982 | 1983 | 1984 | 1985 | 1986 | 1987 | 1988 | 1989

1985

Jannar

1

L-Italja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Jinħarġu l-ewwel passaporti Ewropej fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.

7

Tibda l-mandat tagħha l-Kummissjoni l-ġdida, b'Jacques Delors, Franċiż, bħala l-President tagħha.

Frar

1

Greenland toħroġ mill-Komunità iżda tibqa' assoċjata magħha bħala territorju barrani.

13

Sentenza Gravier. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tapplika l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità għal student Franċiż li ma jridx iħallas miżati tar-reġistrazzjoni ogħla minn dawk mitluba minn studenti ċittadini tal-Belġju.

Marzu

29-30

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Dan jaċċetta l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall fil-Komunitajiet u jaqbel dwar il-Programmi Mediterranji Integrati (IMP), kif proposti mill-Kummissjoni.

Mejju

7

F'Bonn, il-Ġermanja, isir il-ħdax-il Samit Ekonomiku tal-Punent. Il-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjonijiet fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija u dwar it-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli.

22

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-azzjoni għan-nuqqas ta' intervent ippreżentata mill-Parlament Ewropew kontra l-Kunsill Ewropew fuq il-politika komuni dwar it-trasport.

Ġunju

2

Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Greċja.

10

Il-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri jadotta miżuri maħsuba sabiex isaħħu s-Sistema Monetarja Ewropea (EMS).

12

Iffirmar tat-Trattati ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

14

Il-Kummissjoni tibgħat lill-Kummissjoni White Paper dwar it-Tlestija tas-Suq Intern. F'Schengen (il-Lussemburgu) jiġi ffirmat mill-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi l-Ftehim ta' Schengen dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri.

20

Il-Kumitat ad hoc "Ewropa taċ-Ċittadini" jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Kunsill Ewropew.

25

Elezzjonijiet presidenzjali fl-Italja.

28-29

Kunsill Ewropew f'Milan, l-Italja. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern japprovaw il-white paper tal-Kummissjoni dwar is-suq intern u jiddeċiedu li jistabbilixxu konferenza intergovernattiva dwar ir-riforma istituzzjonali.

Lulju

1

Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

20

Il-ministri u l-gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri jaġġustaw ir-rati ċentrali fi ħdan is-Sistema Monetarja Ewropea (EMS).

22

Il-Kunsill japprova t-tlaqqigħ ta' konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex tagħmel emendi għat-Trattat dwar il-Komunità Ekonomika Ewropea u biex tfassal Trattat dwar politika komuni barranija u tas-sigurtà.

23

Il-Kummissjoni tibgħat Green Paper lill-Kunsill Ewropew dwar il-perspettivi għall-politika agrikola komuni.

Settembru

9

L-ewwel laqgħa tal-konferenza intergovernattiva jattendu għaliha l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE, ta' Spanja u tal-Portugall.

Ottubru

13

Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Belġju.

Novembru

12

Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-istati kontraenti fit-Trattat Ġenerali għall-Integrazzjoni Ekonomika tal-Amerika Ċentrali u l-Panama.

28

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jadotta opinjoni dwar it-tlestija tas-suq intern (il-White Paper tal-Kummissjoni "It-Tlestija tas-Suq Intern").

Diċembru

2-4

Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu. Dan jaqbel li jemenda t-Trattat ta' Ruma u li jagħti impetu ġdid lill-proċess tal-integrazzjoni Ewropea billi jfassal Att Ewropew Waħdieni.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?