Mogħdija tan-navigazzjoni

1980 | 1981 | 1982 | 1983 | 1984 | 1985 | 1986 | 1987 | 1988 | 1989

1984

Jannar

1

Franza tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

10

Elezzjonijiet leġiżlattivi fid-Danimarka.

Frar

14

L-abbozz ta' Trattat dwar l-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea (abbozz Spinelli) jiġi adottat b'maġġoranza kbira tal-Parlament Ewropew.

28

Il-Kunsill jadotta deċiżjoni dwar il-programm strateġiku Ewropew għar-riċerka u l-iżvilupp dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni (Esprit).

Marzu

12

Il-Kunsill jiffirma ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn Greenland u l-Komunità.

19-20

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Il-maġġoranza kbira tal-ftehimiet ma jistgħux jiġu finalizzati minħabba n-nuqqas ta' qbil dwar il-kumpens li għandu jingħata r-Renju Unit sabiex inaqqas il-kontribuzzjoni tiegħu għall-baġit tal-Komunità.

April

9

Inawgurazzjoni f'Culham, fir-Renju Unit, tal-Joint European Torus (JET) fil-qasam tar-riċerka dwar l-użu paċifiku tal-enerġija atomika.

Ġunju

7

Il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri jadottaw riżoluzzjoni dwar it-tnaqqis tal-kontrolli tan-nies fil-fruntieri.

7-9

Samit Ekonomiku tal-Punent ġewwa Londra, fir-Renju Unit. Is-seba' kapijiet ta' stat jew tal-gvern u l-Komunità joħorġu dikjarazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi konsolidat il-qawmien mill-ġdid ekonomiku.

14 u 17

It-tieni elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.

17

Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Lussemburgu.

19

Il-Kunsill jadotta regolament dwar ir-riforma tal-Fond Reġjonali.

25-26

Kunsill Ewropew f'Fontainebleau, fi Franza. Dan jilħaq ftehim dwar l-ammont ta' kumpens li għandu jingħata lir-Renju Unit sabiex inaqqas il-kontribuzzjoni tiegħu għall-baġit tal-Komunità.

28

Il-Kummissjoni tibgħat green paper lill-Kunsill Ewropew dwar l-iżvilupp tas-suq komuni għas-servizzi u t-tagħmir tat-telekomunikazzjoni.

Lulju

1

L-Irlanda tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

13

F'Saarbrucken, fil-Ġermanja, jiġi ffirmat il-ftehim Franko-Ġermaniż dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri.

24

Elezzjoni ta' Pierre Pflimlin bħala l-President il-ġdid tal-Parlament.

Settembru

26

Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn iċ-Ċina u l-Komunità.

Ottubru

9

Jiġi ffirmat fi Brussell ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen.

18

Is-Sur Marcel Mart jiġi elett President tal-Qorti tal-Awdituri.

Novembru

8

Il-Kunsill jiddeċiedi li jaċċellera t-tnaqqis tariffarju previst min-negozjati kummerċjali multilaterali (Sessjoni ta' Tokjo).

14

Għall-ewwel darba, il-Parlament jirrifjuta li jagħti lill-Kummissjoni l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Komunitajiet għall-1982.

Diċembru

3-4

Kunsill Ewropew f'Dublin, l-Irlanda. Dan jiddeċiedi li jsaħħaħ is-Sistema Monetarja Ewropea (EMS) u li jagħti lill-ECU rwol iżjed importanti.

8

Tiġi ffirmata f'Lomé t-Tielet Konvenzjoni tal-ACP-KEE mill-għaxar Stati Membri tal-Komunità u l-65 imsieħeb tagħhom tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP).

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?