Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Kummissjoni tibgħat green paper lill-Kunsill Ewropew dwar il-finanzjament ġejjieni tal-Komunità.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja twarrab it-talba tal-gvern Lussemburgiż biex tħassar riżoluzzjoni tal-Parlament rigward il-post tax-xogħol tiegħu.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Dan jikkonferma l-miri ta' prijorità stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-1982 għall-oqsma ekonomiċi u soċjali u l-impenn politiku tiegħu favur it-tkabbir.
Fi Brussell, fil-Belġju, issir sessjoni speċjali tal-Parlament iddedikata lill-qgħad.
Samit Ekonomiku tal-Punent f'Williamsburg, fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dan joħroġ dikjarazzjoni dwar il-qawmien ekonomiku mill-ġdid u rapport li jiddefinixxi s-suġġett tal-konsultazzjonijiet futuri bejn il-ministri tal-finanzi u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni monetarja għat-tkabbir u l-istabilità.
L-ewwel laqgħa konġunta tal-ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u l-ministri tal-Edukazzjoni.
Kunsill Ewropew fi Stuttgart, il-Ġermanja. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern u l-ministri tal-affarijiet barranin jiffirmaw dikjarazzjoni solenni dwar l-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti tal-Awdituri tibgħat lill-Kunsill rapport dwar l-analiżi globali tas-sistemi ta' ġestjoni Komunitarja.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Italja.
Fi Brussell, il-Belġju, issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-arkivji storiċi tal-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) għall-pubbliku.
Il-Greċja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għall-ewwel darba.
Il-Kunsill jadotta riżoluzzjoni dwar il-programmi qafas għall-attivitajiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni u l-ewwel programm ta' qafas għall-1984/87.
Il-MPE Altiero Spinelli jippreżenta lill-Parlament Ewropew abbozz ta' Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill u l-ministri tal-edukazzjoni jadottaw riżoluzzjoni dwar l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni fl-edukazzjoni.
Kunsill Ewropew f'Ateni, il-Greċja. Dan jiddiskuti l-finanzjament tal-Kummissjoni, l-iżbilanċi fil-baġit, l-addattament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), it-tisħiħ tal-Fondi Strutturali u l-iżvilupp ta' politiki Komunitarji ġodda.
Il-Kunsill jilħaq ftehim ġenerali dwar il-politika komuni tas-sajd.
F'Cartagena, fil-Kolumbja, jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità u l-pajjiżi tal-Patt Andin.