Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Pieter Dankert jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Irlanda.
F'referendum konsultattiv, Greenland, li saret membru tal-Komunità Ewropea bħala parti mid-Danimarka, tagħżel li tirtira mill-Komunità.
Il-Beliże jiffirma t-tieni Konvenzjoni ta' Lomé.
Il-ħamsa u għoxrin anniversarju tal-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Spanja ssir is-sittax-il membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).
Samit Ekonomiku tal-Punent f'Versailles, fi Franza.
Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.
Id-Danimarka tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Antigwa u Barbuda jiffirmaw it-tieni Konvenzjoni ta' Lomé.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Il-Parlament jiċċelebra t-tletin anniversarju tal-ewwel seduta tal-Assemblea tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA).
Jidħol fis-seħħ il-ftehim qafas dwar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Brażil.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fi Spanja.
Elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Irlanda.
Kunsill Ewropew ġewwa Kopenħagen, fid-Danimarka. Dan jistabbilixxi xi miri ta' prijorità fl-oqsma ekonomiċi u soċjali u jikkonferma l-impenn politiku tiegħu favur it-tkabbir.