Mogħdija tan-navigazzjoni

Komunità dejjem tikber

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

24 ta’ April 1972

L-ewwel pjan tal-UE għal munita unika jmur lura għall-1970. Biex jiggarantixxu l-istabbiltà monetarja, il-membri tal-UE jiddeċiedu li jillimitaw il-marġini ta' kemm il-muniti tagħhom jistgħu jitilgħu u jinżlu. Il-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM), maħluq fl-1972, hu l-ewwel pass lejn l-introduzzjoni tal-ewro, 30 sena wara.

Il-ġlieda kontra t-tniġġis tintensifika fis-snin sebgħin. L-UE tadotta liġiijiet biex tħares l-ambjent, permezz tal-kunċett ta' 'min iniġġes iħallas ' għall-ewwel darba. Jitwaqqfu gruppi ta' pressjoni bħal Greenpeace.

1 ta’ Jannar 1973

Is-sitta jsiru disgħa meta d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jingħaqdu mal-UE.

Stati Membri  Stati Membri: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Lussemburgu.

Stati Membri Ġodda Stati Membri Ġodda: id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit.

Mappa - Stati membri tal-UE 1973 © Stefan Chabluk

Lista tal-istati membri kollha tal-UE u meta ssieħbu. DeutschEnglishfrançais

Wara l-gwerra bejn l-Għarab u l-Iżraeljani f'Ottubru 1973, in-nazzjonijiet li jipproduċu ż-żejt fil-Lvant Nofsani jgħollu l-prezz taż-żejt u jillimitaw il-bejgħ lil ċerti pajjiżi Ewropej. Dan joħloq problemi ekonomiċi madwar l-UE kollha.

10 ta’ Diċembru 1974

Biex juru s-solidarjetà bejniethom, il-mexxejja tal-UE jwaqqfu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. L-għan hu li jiġu trasferiti l-flus mir-reġjuni l-iktar sinjuri lejn l-ifqar reġjuni biex jitjiebu t-toroq u l-komunikazzjonijiet tagħhom, jattiraw l-investiment u joħolqu l-impjiegi. Iktar tard din it-tip ta' attività tibda tassorbi terz tal-baġit tal-UE.

7-10 ta’ Ġunju 1979

Għall-ewwel darba ċ-ċittadini tal-UE jivvutaw direttament għall- membri tal- Parlament Ewropew. Qabel kienu jiġu delegati mill-parlamenti nazzjonali. Il-membri jiffurmaw gruppi politiċi pan-Ewropej (Soċjalisti, Konservattivi, Liberali, Ambjentalisti, eċċ) u mhux delegazzjonijiet nazzjonali. L-influwenza tal-Parlament kull ma jmur tiżdied.

Fl-1974 jaqa' r-reġim ta' Salazar fil-Portugall u bil-mewt tal-Ġeneral Francao fi Spanja fl-1975 jispiċċa l-aħħar dittatorjat tal-lemin fl-Ewropa. Iż-żewġ pajjiżi jimpenjaw ruħhom biex joħolqu gvern demokratiku - pass 'il quddiem importanti biex jikkwalifikaw għas-sħubija mal-UE.

Il-qtil tal-eks Prim Ministru Taljan, Aldo Moro, fl-1978 hu wieħed mill-bosta atti ta' terroriżmu mill-gruppi estremisti fis-sebgħinijiet. Fost il-vittmi nsibu avukati, negozjanti u politikanti prominenti, kif ukoll 11-il atleta Iżraeljan fil-Logħob Olimpiku ta' Munich (1972).

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?