Mogħdija tan-navigazzjoni
Franza tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Tuvalu huwa l-55 Stat Afrikan, tal-Karibew u tal-Paċiku (ACP) li jissieħeb fil-Konvenzjoni ta' Lomé.
Jiftħu formalment fi Brussell in-negozjati għall-adeżjoni ta' Spanja.
Il-Kunsill jadotta formalment il-linji gwida għall-politika reġjonali tal-Komunità u l-emendi għar-regolament tal-1975 li jistabbilixxi l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF).
Sentenza Cassis de Dijon. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddigrieta li ma jistgħux jitqajmu kwistjonijiet serji fir-rigward tas-saħħa jew l-ambjent b'oppożizzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel minn Stati Membri oħra bil-kundizzjoni biss li l-prodott inkwistjoni jkun ġie mmanifatturat legalment u jkun daħal fis-suq f'pajjiż partikolari tal-UE.
Id-Dominica hija s-56 Stat Afrikan, tal-Karibew u tal-Paċiku (ACP) fil-Konvenzjoni ta' Lomé.
Il-Kummissjoni tattendi bi status ta' osservatur għall-ewwel Konferenza tal-Ministri responsabbli għas-Sigurtà Soċjali fl-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa.
Laqgħa tal-Kunsill Ewropew ġewwa Pariġi, fi Franza. Din tistabbilixxi t-13 ta' Marzu bħala d-data meta għandha tidħol fis-seħħ is-Sistema Monetarja Ewropea (EMS). Hija tiddiskuti wkoll is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, il-politika agrikola komuni u l-enerġija.
Tidħol fis-seħħ is-Sistema Monetarja Ewropea.
Imut Jean Monnet.
Il-Komunità tattendi bi status ta' osservatur għall-ewwel parti tat-tmien sessjoni tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
Tiltaqa' Konferenza Plenipotenzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti u tadotta Kostituzzjoni li biha l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Industrijali (UNIDO) se ssir aġenzija speċjalizzata.
Il-Kummissjoni tadotta memorandum dwar l-adeżjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.
In-negozjati kummerċjali multilaterali (sessjoni ta' Tokjo) fil-kwadru tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jilħqu l-fażi finali tagħhom.
Il-Komunità tattendi bi status ta' osservatur għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) li saret f'Manila, fil-Filippini.
Jiġu ffirmati f'Ateni, il-Greċja, l-atti relatati mal-adeżjoni tal-Greċja fil-Komunitajiet.
Isiru l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew permezz ta' votazzjoni diretta universali.
Issir l-ewwel sessjoni tan-negozjati dwar l-adeżjoni ta' Spanja f'livell ta' deputati.
Kunsill Ewropew ġewwa Strasburgu, fi Franza. Il-Kunsill jilħaq ftehim sabiex ifassal strateġija konġunta dwar l-enerġija u jeżamina l-problemi relatati mal-konverġenza tal-andamenti ekonomiċi tal-Istati Membri.
Il-Parlament Grieg jirratifika t-Trattat tal-Adeżjoni. Santa Lucia tissieħeb fil-konvenzjoni ta' Lomé u hekk issir is-57 Stat tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) fil-Konvenzjoni.
Samit Ekonomiku tal-Punent f'Tokjo, il-Ġappun.
L-Irlanda tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Komunità tattendi għat-tieni parti tat-tmien sessjoni tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.
Fi Strasburgu, Franza, issir l-ewwel mini-sessjoni tal-Parlament elett b'mod dirett. Is-Sinjura Simone Veil tiġi eletta President b'maġġoranza assoluta fit-tieni votazzjoni.
Laqgħa tal-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).
Il-Kummissjoni tissottometti direttiva lill-Kunsill dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Istati Membri li joqogħdu b'mod permanenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
Tiftaħ l-erbgħa u tletin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Il-President tal-Kunsill jippreżenta l-appoġġ tal-UE għat-tkomplija tad-djalogu bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qegħdin jiżviluppaw u jenfasizza l-importanza tas-Sistema Monetarja Ewropea (EMS) u tal-elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jiffirmaw Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Konservazzjoni tal-Flora u l-Fawna Selvaġġa u tal-Ambjenti Naturali Ewropej.
Il-Qorti tal-Ġustizzja toħroġ opinjoni konsultattiva dwar il-poteri tal-Komunità fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali, b'referenza partikolari għall-ftehim ta' stabbilizzazzjoni għall-gomma naturali.
Il-Kiribati jissieħeb fil-Konvenzjoni ta' Lomé.
Tiġi ffirmata f'Lomé, fit-Togo, it-Tieni Konvenzjoni bejn l-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) u l-KEE (Lomé II).
Il-Kunsill japprova r-riżultati tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).
Fil-laqgħa annwali tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) japprovaw formalment bi qbil unanimu ir-riżultati tas-"Sessjoni ta' Tokjo".
Kunsill Ewropew f'Dublin, l-Irlanda. Il-punti diskussi jinkludu l-konverġenza tal-andamenti ekonomiċi tal-Istati Membri u kwistjonijiet baġitarji, l-arranġamenti proċedurali għall-eżami tar-rapport tal-Kumitat tal-Għorrief dwar l-aġġustamenti fil-mekkaniżmi u l-proċeduri istituzzjonali u l-proposti għar-regolazzjoni tas-swieq agrikoli.
Il-Parlament jiddibatti r-riżultati tas-"Sessjoni ta' Tokjo" u sensiela ta' proposti tal-Kummissjoni dwar il-politika kummerċjali.
Il-Komunità tiffirma l-ftehimiet tas-"Sessjoni ta' Tokjo".