Mogħdija tan-navigazzjoni

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

1978

Jannar

1

Id-Danimarka tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Frar

2

Il-Ġibuti jiddepożita l-istrumenti ta' adeżjoni fil-Konvenzjoni ta' Lomé mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

6

Tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Barċellona dwar il-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran, li ġiet iffirmata fi Frar 1976.

13

Jiftħu n-negozjati bejn il-Komunità u l-Jugoslavja għal ftehim ta' kooperazzjoni sabiex jissostitwixxi l-ftehim kummerċjali li jiskadi fit-30 ta' Awwissu.

Marzu

6-11

Il-Komunità attendiet għal-laqgħa ministerjali tal-Bord għall-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-UNCTAD, li saret sabiex jiġi diskuss id-dejn tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

9

Sentenza Simmenthal. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkonsolida l-prinċipju tal-primat tal-liġi Komunitarja.

22-24

F'Tokjo, il-Ġappun, isiru konsultazzjonijiet bejn il-KEE u l-Ġappun dwar il-passi li għandhom jittieħdu sabiex jingħelbu l-problemi kkawżati mill-bilanċ ta' kummerċ eċċessiv tal-Ġappun mal-Komunità.

28-19/5

Il-Komunità tattendi osservatur għas-seba' sessjoni tat-Tielet Konferenza tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar.

April

3

Il-Komunità u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina jiffirmaw ftehim kummerċjali, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju.

7-8

Kunsill Ewropew ġewwa Kopenħagen, fid-Danimarka. Jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew. il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jingħaqdu mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali.

Mejju

19

Il-Kummissjoni tadotta opinjoni favorevoli dwar l-applikazzjoni għas-sħubija tal-Portugall.

Ġunju

6

Il-Kunsill jiddeċiedi favur l-applikazzjoni tal-Portugall għas-sħubija fil-Komunità u jiftaħ in-negozjati.

29-30

Il-Komunità tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-problemi li jinħolqu mill-applikazzjoni tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sustanzi Tossiċi għall-prodotti tal-Komunità.

Lulju

1

Il-Germanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

6-7

Kunsill Ewropew fi Bremen, il-Ġermanja. Jintlaħaq ftehim dwar strateġija komuni sabiex tinkiseb rata ogħla ta' tkabbir ekonomiku bil-għan li jitnaqqas il-qgħad u biex jiġi ppjanat it-twaqqif ta' Sistema Monetarja Ewropea (EMS)

13

Tiġi adottata stqarrija konġunta dwar l-istat tas-"sessjoni ta' Tokjo".

16-17

Il-Komunità tipparteċipa b'mod sħiħ għat-tieni darba fis-Samit Ekonomiku tal-Punent li sar f'Bonn, il-Ġermanja.

24

F'laqgħa ministerjali ġewwa Brussell jiftħu uffiċjalment in-negozjati dwar konvenzjoni ġdida għall-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew, tal-Paċifiku (ACP) u l-KEE sabiex tieħu post il-Konvenzjoni ta' Lomé li tiskadi fl-1 ta' Marzu 1980.

25

Il-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-7 sal-10 ta' Ġunju 1979 bħala d-dati li fihom għandhom isiru l-ewwel elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew.

Settembru

26

Il-Kunsill jadotta diversi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija, l-Eġittu, is-Sirja, il-Ġordan u l-Libanu u protokolli finanzjarji addizzjonali mal-Iżrael, il-Portugall u Malta.

27

Il-gżejjer Solomon jiddepożitaw l-istrumenti ta' adeżjoni fil-Konvenzjoni ta' Lomé.

Ottubru

9

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill iffirmaw il-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għall-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar tas-Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali.

24

Tiġi ffirmata f'Ottawa, il-Kanada, il-Konvenzjoni l-ġdida dwar kooperazzjoni multilaterali fl-Atlantiku tal-Majjistral.

Novembru

1

Jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet ta' Kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Magreb (l-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija) u l-pajjiżi tal-Maxrek (l-Eġittu, is-Sirja, il-Ġordan, il-Libanu) u protokolli finanzjarji addizzjonali mal-Iżrael, il-Portugall u Malta.

9

Ir-Raba' Konferenza Tripartita fi Brussell, il-Belġju, teżamina l-istimolu tat-tkabbir permezz ta' miżuri intensifikati ta' riaddattament strutturali, ċerti miżuri ta' qsim tax-xogħol u rwol akbar għas-settur tas-servizzi fil-ġejjieni.

29

Il-Kummissjoni tagħti opinjoni favorevoli dwar l-applikazzjoni għas-sħubija ta' Spanja. In-negozjati se jibdew fil-5 ta' Frar 1979.

Diċembru

4-5

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Dan jistabbilixxi s-Sistema Monetarja Ewropea bbażata fuq unità ta' munita Ewropea (l-ECU) u jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat biex jikkunsidra l-aġġustamenti għall-mekkaniżmi u l-proċeduri istituzzjonali fil-kuntest tat-tkabbir.

19

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri jġeddu l-mandat tas-Sur Jenkins bħala President tal-Kummissjoni għall-perjodu mis-6 ta' Jannar 1979 sal-5 ta' Jannar 1981.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?