Mogħdija tan-navigazzjoni

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

1977

Jannar

1

Ir-Renju Unit jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-pajjiżi tal-UE li jestendu l-limiti taż-żona tas-sajd tagħhom fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku sa 200 mil.

6

Tidħol fil-kariga l-Kummissjoni l-ġdida maħtura f'Diċembru 1976, preseduta mis-Sur Jenkins.

18

Jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni ma' tliet pajjiżi tal-Maxrek (l-Eġittu, il-Ġordan u s-Sirja), wara l-Ftehimiet ta' April 1976 mal-pajjiżi tal-Magreb (l-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija).

Marzu

23

Il-mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni li tressqet fil-Parlament fl-10 ta' Marzu, ma ġġibx il-maġġoranza meħtieġa.

25

Il-Komunità tiċċelebra l-għoxrin anniversarju mill-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma.

25-26

Kunsill Ewropew f'Ruma, l-Italja.

28

Il-Portugall japplika formalment sabiex jissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej. São Tome u Prinċipe, Cabo Verde u Papua New Guinea jiffirmaw diversi ftehimiet mal-Komunità għal adeżjoni fil-Konvenzjoni ta' Lomé.

April

5

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali.

Mejju

3

Il-Komunità u l-Libanu jiffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni fil-kuntest tal-politika ġenerali dwar il-Mediterran.

7-8

Samit ta' Downing Street: Il-Komunità tipparteċipa għall-ewwel darba f'xi wħud mid-diskussjonijiet fis-Samit ekonomiku tal-pajjiżi industrijalizzati tal-Punent.

17

Il-Kunsill jadotta b'mod formali s-sitt direttiva tal-VAT dwar l-istabbiliment ta' bażi uniformi ta' valutazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

23

Issir ġewwa New York, fl-Istati Uniti tal-Amerika, is-sitt sessjoni tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

30-2/6

Wara tmintax-il xahar ta' diskussjonijiet, il-Konferenza dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika Internazzjonali tintemm b'konferenza ministerjali. Is-sebgħa u għoxrin parteċipant jiftiehmu fuq it-trasferiment tar-riżorsi, il-kwalità u l-kwantità tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-materja prima. Jissoktaw l-isforzi fl-oqsma tal-agrikoltura, l-ikel, l-infrastruttura u l-industrijalizzazzjoni.

Ġunju

1

Jidħol fis-seħħ it-Trattat li jsaħħaħ il-poteri baġitarji tal-Parlament.

15

Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' strument ġdid ta' self Komunitarju biex jiffinanzja l-investiment strutturali.

29-30

Kunsill Ewropew ġewwa Londra, fir-Renju Unit.

Lulju

1

Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Estensjoni tat-Tariffa Doganali Komuni (CTT) għall-Istati Membri ġodda, jiġifieri: id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit.

28

Spanja tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.

Settembru

19-23

Il-Kummissjoni tattendi għall-Konferenza Dinjija dwar l-Enerġija li saret f'Istanbul, it-Turkija.

26

Fit-32 sessjoni tal-assemblea ġenerali tan-NU, is-Sur Simonet, il-President tal-Kunsill, jispjega fil-qosor il-politika barranija tal-Komunità.

Ottubru

4

Ftuħ tas-segwitu ta' Belgrad għall-Konferenza ta' Ħelsinki dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

25

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej, li tissostitwixxi l-Bord tal-Verifika (KEE u Euratom) u l-Awditur tal-ECSC, tagħmel il-laqgħa inawgurali tagħha fil-Lussemburgu. Il-Kunsill jiddeċiedi li l-proġett tal-Joint European Torus (JET) dwar fużjoni nukleari kkontrollata għandu jkun ibbażat f'Culham, fir-Renju Unit.

Novembru

9

Is-Sur Michael Murphy jiġi elett President tal-Qorti tal-Awdituri.

Diċembru

5-6

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju.

13

F'Ruma, l-Italja, issir l-ewwel laqgħa tal-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu, li twaqqaf fuq rakkomandazzjoni tal-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel ta' Novembru 1974.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?