Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Is-Sur Leo Tindemans, Prim Ministru tal-Belġju, jippubblika rapport dwar l-UE fuq talba tal-kapijiet ta' stat u tal-gvern.
Il-Kumitat Interim tal-Fond Monetarju Internazzjonali jiltaqa' f'Kingston, il-Ġamajka. B'rabta mar-riforma tas-sistema monetarja internazzjonali, jintlaħaq ftehim dwar il-kwoti, l-istatus tad-deheb, ir-rata tal-kambju u dwar aċċess akbar għar-riżorsi tal-fond.
L-Italja tissospendi l-kwotazzjoni uffiċjali tal-minuti barranin kontra l-lira.
Il-Kummissjoni tipparteċipa f'konferenza ġewwa Barċellona, Spanja, fejn jiġi adottat abbozz ta' konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Mediterran.
F'tentattiv sabiex isostni l-lira, il-gvern Taljan jieħu miżuri sabiex iżid id-depożiti mal-Bank Ċentrali u jnaqqas il-perjodu permess għall-qalba tal-muniti barranin miżmuma mill-importaturi.
Il-Kunsill huwa favur l-applikazzjoni tal-Greċja għas-sħubija fil-Komunità.
L-Italja terġa' tibda l-kwotazzjoni uffiċjali tal-muniti barranin kontra l-lira.
Jiġu ffirmati żewġ protokolli ma' Malta. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-1970 jiġi estiż sabiex jinkludi l-agrikoltura u l-kooperazzjoni.
Il-Kunsill iwettaq eżami tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Komunità fuq il-bażi ta' żewġ dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni, rendikont fil-qosor tal-politiki ekonomiċi segwiti fl-1975 u Komunikazzjoni dwar l-aġġustament tal-linji gwida għall-politika ekonomika tal-1976.
Il-gvern Taljan jadotta miżuri maħsuba sabiex iwaqqfu l-waqgħa tal-lira u jtejbu l-qagħda tal-finanzi pubbliċi.
Tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni KEE-ACP, li ġiet iffirmata f'Lomé fit-28 ta' Frar 1975.
Laqgħa tal-Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu. Il-kapijiet ta' stat u tal-gvern ikollhom skambju inizjali ta' opinjonijiet dwar ir-rapport Tindemans tas-7 ta' Jannar dwar l-UE.
Fis-sessjoni ta' Tokjo tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-GATT, il-Kummissjoni tippreżenta l-offerta tagħha ta' konċessjonijiet lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għall-prodotti tropikali.
Sentenza Defrenne. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ssostni li l-prinċipju tal-ħlas indaqs għan-nisa u l-irġiel japplika direttament.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi formalment li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-gvern Irlandiż għal eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ħlas indaqs għan-nisa u l-irġiel.
Il-Komunità tiffirma ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' tliet pajjiżi tal-Magreb (l-Alġerija, il-Marokk u t-Tuneżija).
Il-Kummissjoni tippermetti lill-Italja li tieħu miżuri sabiex tipproteġi l-lira, tawtorizzaha biex titlob depożitu ta' flus kontanti bla interessi għal perjodu ta' tliet xhur mal-Bank Taljan fuq ix-xiri ta' valuta barranija u d-depożitu tal-lira f'kontijiet barranin.
Il-bord amministrattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol jiltaqa' għall-ewwel darba f'Dublin, l-Irlanda.
Bi tweġiba għat-talba tal-Italja, il-gvernijiet tal-Banek Ċentrali tal-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu lill-Italja għajnuna monetarja għal perjodu qasir.
Tintemm ir-raba' sessjoni tal-Konferenza tal-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD). Il-konferenza tiddeċiedi li għandu jiġi adottat programm integrat li jipprovdi għall-istudju u n-negozjar ta' ftehimiet individwali dwar il-komoditajiet u fond komuni sabiex jikkoordina l-finanzjament tar-riservi ta' affarijiet bżonjużi, għandu jiddaħħal kodiċi ta' kondotta għat-trasferimenti ta' teknoloġija u għandha tiġi modifikata l-konvenzjoni ta' Pariġi sabiex tirrispetta l-interessi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Iridu jiġu stabbiliti linji gwida qabel l-aħħar tal-1976 għas-saldu każ b'każ tad-djun tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
Il-KEE u l-Pakistan jiffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali.
Il-Parlament ikkunsidra mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni, li tressqet fit-13 ta' Mejju, rigward il-mod kif ġie kkonsultat il-Parlament fuq kwistjoni speċifika. Il-mozzjoni, l-ewwel waħda li tpoġġiet għall-vot, ġiet megħluba b'109 voti għal 18, u erba' astensjonijiet.
Issir ġewwa l-Lussemburgu, konferenza tripartita dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali. Għall-konferenza jattendu l-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-gvernijiet u ż-żewġ naħat tal-industrija fl-Istati Membri.
Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
F'Ottawa, il-Kanada, jiġi ffirmat ftehim ta' qafas għall-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Kanada u l-KEE.
Il-Kunsill Ewropew jiltaqa' fi Brussell, il-Belġju. Dan jiftiehem fuq in-numru u d-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament li għandu jiġi elett b'votazzjoni universali diretta fl-1979. Il-Kunsill jaħtar ukoll lis-Sur Roy Jenkins bħala President tal-Kummissjoni.
Sentenza Kramer. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddefinixxi r-rwoli rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha fil-qafas tas-sajd internazzjonali.
Jiftħu formalment in-negozjati għall-adeżjoni tal-Greċja fil-Komunità.
Il-Komunità tiffirma l-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran kontra t-tniġġis.
Tintemm il-ħames sessjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Id-delegazzjoni tal-Komunità titlob li l-konvenzjoni futura jkun fiha klawsola li tippermetti lill-Komunità bħala tali li taderixxi mal-konvenzjoni.
Jiġu ffirmati l-istrumenti li jirrigwardaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew permezz ta' votazzjoni diretta universali.
Il-gvern Franċiż jadotta l-pjan Barre sabiex tiġi miġġielda l-inflazzjoni; waħda mill-miżuri li fih hija tnaqqis fil-VAT.
Il-gvern Taljan jadotta l-pjan Andreotti sabiex iwaqqaf il-waqgħa tal-lira permezz ta' miżuri fiskali, monetarji u soċjali.
Il-Kunsill jiddeċiedi li l-Istati Membri se jestendu l-limiti tas-sajd sa 200 mil 'il barra mil-kosti tagħhom tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Atlantiku tat-Tramuntana mill-1 ta' Jannar 1977. Dawn id-deċiżjonijiet jimmarkaw il-bidu tal-politika komuni dwar is-sajd.
Kunsill Ewropew ġewwa l-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-Kunsill jeżamina s-sitwazzjoni ekonomika u jafferma mill-ġdid l-interess tiegħu fil-problemi relatati mad-djalogu bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u jippubblika stqarrija dwar il-bini tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri jaħtru l-membri tal-Kummissjoni l-ġdida għall-perjodu mis-6 ta' Jannar 1977 sal-5 ta' Jannar 1981. Tiġi ppreżentata mozzjoni ta' ċensura fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tibgħat rapport maħruġ mill-kontroll finanzjarju tas-settur tax-xgħir lis-Sottokumitat għall-Kontroll tal-Parlament. Il-mozzjoni tiġi rtirata mingħajr ma titqiegħed għall-vot.