Mogħdija tan-navigazzjoni

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

1975

Jannar

1

L-Irlanda tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

15-16

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Kumitat Interim tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jiltaqa' f'Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa jaqbel li jżid it-total tal-kwota tal-pajjiżi membri, jabolixxi l-prezz uffiċjali tad-deheb u jagħti lid-dritt speċjali tal-ġbid il-post ċentrali fis-sistema monetarja internazzjonali.

22

Il-Kunsill jaqbel illi joħroġ it-tieni pagament ta' $100 miljun fil-kwadru tal-impenji tal-Komunità li tikkontribwixxi total ta' $500 miljun għall-operazzjoni ta' emerġenza f'isem il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li huma l-aktar milquta miż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali.

Frar

28

Il-Komunità u s-46 pajjiż tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) jiffirmaw konvenzjoni magħrufa bħala Lomé I, f'Lomé, it-Togo, biex tieħu post il-Konvenzjonijiet ta' Yaoundé.

Marzu

10-11

Il-Kunsill Ewropew jagħmel l-ewwel laqgħa tiegħu f'Dublin, l-Irlanda. Jittieħdu deċiżjonijiet importanti li jippermettu lill-gvern Ingliż jirrakkomanda t-tkomplija tas-sħubija fil-Komunità. Tiġi adottata dikjarazzjoni fir-rigward tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

11

Is-Sur Georges Spénale jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.

18

Il-Kunsill jistabbilixxi l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF) u Kumitat għall-Politika Reġjonali. Il-Kunsill jadotta unità ta' kont Ewropew ibbażata fuq basket kompost tal-muniti Komunitarji. Din għall-ewwel se tintuża fil-kwadru tal-Konvenzjoni ta' Lomé u għall-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Aktar tard din se tiddaħħal gradwalment f'setturi oħra tal-attivitajiet tal-Komunità. Is-Sur Harold Wilson, il-Prim Ministru Ingliż, jiddikjara fil-Kamra tal-Komuni li l-gvern Ingliż kien se jagħti parir lill-poplu Ingliż sabiex jivvota "iva" fir-referendum dwar it-tkomplija tas-sħubija tar-Renju Unit fil-Komunità.

20

Jiġi stabbilit b'mod uffiċjali l-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze bl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Għoli u bil-ħatra ta' prinċipal.

27

Il-gvern Ingliż jippubblika White Paper dwar l-eżitu tan-negozjati mill-ġdid.

April

9

Fil-Kamra tal-Komuni tal-Ingilterra, 369 membru jivvutaw favur li r-Renju Unit jibqa' fil-Komunità filwaqt li 170 jivvutaw kontra.

14

Il-Kunsill jadotta programm preliminari għal politika ta' protezzjoni u informazzjoni tal-konsumatur.

28

Jiġu ffirmati fi Brussell il-protokoll addizzjonali li jestendi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Greċja għat-tliet Stati Membri ġodda u ftehim interim dwar l-implimentazzjoni bil-quddiem tad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-protokoll addizzjonali.

Mejju

9

Isiru ċerimonji sabiex ifakkru l-25 anniversarju tad-"Dikjarazzjoni ta' Schuman".

11

Jiġi ffirmat fi Brussell Ftehim ġdid bejn il-KEE u l-Iżrael. Dan jissostitwixxi l-ftehim tal-1970 u minbarra d-dispożizzjonijiet kummerċjali, jinkludi klawsoli dwar il-kooperazzjoni.

Ġunju

5

Ir-riżultat tar-referendum Ingliż jiżvela li 67.2% ta' dawk li vvutaw jaqblu li r-Renju Unit jibqa' membru tal-Komunità.

12

Il-Greċja tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.

23-27

Il-Komunità tipparteċipa fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Dinji dwar l-Ikel li sar f'Ruma, l-Italja, li twaqqaf wara l-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel tal-1974.

24-25

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħa fil-Kunsill, jadottaw numru ta' regolamenti li jippermettu lill-istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Konvenzjoni ta' Lomé mill-1 ta' Lulju, qabel ma tidħol fis-seħħ uffiċjalment il-konvenzjoni.

Lulju

1

L-Italja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

15

Il-Komunità u l-Messiku jiffirmaw ftehim kummerċjali.

16-17

Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Belġju. Il-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin għal rapport dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali. Ir-rapport għandu joħroġ sal-aħħar tas-sena.

22

Jiġi ffirmat Trattat li jagħti lill-Parlament Ewropew poteri baġitarji aktar wiesgħa u li jistabbilixxi Qorti tal-Awdituri. Dan se jidħol fis-seħħ f'Ġunju 1977.

Awwissu

1

Jiġi ffirmat f'Ħelsinki, il-Finlandja, minn 35 Stat, l-Att finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

30

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Kumitat Interim tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jiltaqa' f'Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerika. Dan jiftiehem dwar arranġamenti ġodda għall-iskambju tad-deheb.

Settembru

15

Il-gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (IBRD) jagħmlu l-laqgħa annwali tagħhom. Il-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur u s-Sur Colombo, il-President tal-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni f'isem il-Komunità.

16

Jiġu stabbiliti relazzjonijiet uffiċjali bejn iċ-Ċina u l-Komunità.

Ottubru

13-16

Il-Komunità tipparteċipa f'laqgħa preparatorja għall-Konferenza dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika Internazzjonali li saret f'Pariġi, Franza. Il-ftuħ tal-konferenza jiġi ffissat għas-16 ta' Diċembru.

Novembru

15-17

Samit f'Rambouillet, fi Franza. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Ġappun jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti ta' rkupru ekonomiku fil-pajjiżi industrijalizzati u jesprimu r-rieda tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali.

18

Fi Brussell, il-Belġju, tiġi organizzata konferenza tripartita dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, li involviet il-ministri għall-affarijiet ekonomiċi u soċjali, rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem mid-disa' Stati Membri u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tintalab teżamina f'aktar dettall il-kwistjonijiet diskussi u tipprepara għall-konferenza li jmiss.

26

Il-Kummissjoni tressaq azzjoni kontra Franza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba ksur tat-Trattat billi imponiet taxxa fuq l-importazzjoni ta' nbejjed Taljani.

Diċembru

1-2

Laqgħa tal-Kunsill f'Ruma, l-Italja. Din tieħu deċiżjonijiet dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali, dwar l-unjoni tal-passaporti u dwar rappreżentanza Komunitarja waħda għad-Djalogu bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

15

Tiġi ffirmata l-konvenzjoni Komunitarja dwar il-brevett Ewropew għas-suq komuni (brevett Komunitarju).

16

Sentenza dwar l-industrija taz-zokkor. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddefinixxi x'jikkostitwixxi prattika konkordata u tiddeċiedi dwar numru ta' kwistjonijiet importanti għall-iżvilupp tal-liġi Komunitarja dwar il-kompetizzjoni.

16-19

F'Pariġi, Franza, issir Konferenza Ministerjali dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika Internazzjonali. Fl-aħħar nett, is-sebgħa u għoxrin membru (seba' pajjiżi industrijalizzati u l-Komunità bħala tali, flimkien ma' dsatax-il pajjiż li qegħdin jiżviluppaw) iwaqqfu Kummissjonijiet dwar l-enerġija, il-materja prima, l-iżvilupp u l-finanzi.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?