Mogħdija tan-navigazzjoni

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

1973

Jannar

1

Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jissieħbu fil-Komunitajiet Ewropej. Jidħol fis-seħħ il-ftehim Komunitarju ta' kummerċ ħieles mal-Awstrija, l-Isvizzera, il-Portugall u l-Isvezja.

6

Is-Sur François Xavier Ortoli jassumi l-kariga ta' President tal-Kummissjoni Ewropea.

Frar

8

Titwaqqaf il-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Ewropej.

21

Sentenza Continental Can. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja taqbel li, skont it-tifsira tat-Trattat tal-KEE, il-konċentrazzjoni u l-kisba ta' grad ta' poter minn impriża li tista' tgħid jelimina l-kompetizzjoni, tikkostitwixxi abbuż.

Marzu

13

Is-Sur Cornelis Berkhouwer jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.

April

1

Jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' kummerċ ħieles industrijali bejn il-Komunità u l-Islanda.

6

Il-kumitat konġunt KEE-Spanja jagħmel it-tielet laqgħa tiegħu f'Madrid, Spanja. Id-delegazzjoni Spanjola tispjega l-pożizzjoni tal-gvern tagħha dwar il-ġejjieni tar-relazzjonijiet bejn Spanja u l-Komunità, b'mod partikolari minħabba n-negozjati ta' ftehim ġdid.

Ġunju

1

Jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' assoċjazzjoni u l-protokoll addizzjonali bejn il-Komunità u Ċipru.

Lulju

1

Id-Danimarka tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Jidħol fis-seħħ il-ftehim ta' kummerċ ħieles industrijali bejn il-Komunità u n-Norveġja.

3-7

Issir f'Ħelsinki, il-Finlandja, is-sessjoni tal-ftuħ tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE).

Settembru

12-14

F'Tokjo, il-Ġappun, issir laqgħa ministerjali fil-kwadru tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). Il-partijiet involuti jaqblu dwar il-ħtieġa li titwaqqaf sistema monetarja li tħares lill-ekonomija dinjija minn xokkijiet u żbilanċi; huma jirrikonoxxu wkoll li l-fażi l-ġdida fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tiffaċilita l-funzjonament ordnat tas-sistema monetarja.

Ottubru

5

Il-Finlandja tiffirma ftehim ta' kummerċ ħieles industrijali mal-Komunitajiet.

6-27

Gwerra tal-Kippur. Il-pajjiżi produtturi taż-żejt jiddeċiedu li jnaqqsu jew jipprojbixxu l-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi oċċidentali u l-Organizzazzjoni tal-pajjiżi Produtturi tal-Petrol (OPEP) tiddeċiedi li żżid bil-kbir il-prezzijiet taż-żejt.

15

Il-Kunsill jadotta sett ta' miżuri sabiex itejjeb ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Parlament Ewropew. Dawn jipprevedu parteċipazzjoni akbar mill-Kunsill fil-ħidma tal-Parlament għall-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali kif ukoll proċedura aħjar ta' konsultazzjoni mal-Parlament.

Novembru

6

Il-pajjiżi tal-UE jiddikjaraw l-impenn tagħhom għal soluzzjoni paċifika tal-kriżi fil-Lvant Nofsani.

20

Il-Kunsill jiddiskuti l-miżuri proposti mill-Kummissjoni rigward ir-riorganizzazzjoni tal-politika agrikola komuni (CAP) li għandha tiddaħħal sal-aħħar tal-1977.

Diċembru

14-15

Samit ġewwa Kopenħagen, fid-Danimarka. Il-kriżi tal-enerġija twassal lill-Istati Membri biex jiftiehmu fuq l-introduzzjoni ta' politika komuni dwar l-enerġija. Tinħareġ dikjarazzjoni dwar l-identità Ewropea, imfassla bħala parti mill-arranġamenti għall-kooperazzjoni politika u approvata mill-ministri tal-affarijiet barranin.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?