Mogħdija tan-navigazzjoni

1970 | 1971 | 1972 | 1973 | 1974 | 1975 | 1976 | 1977 | 1978 | 1979

1972

Jannar

1

Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

22

Id-Danimarka, l-Irlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit jiffirmaw it-Trattati tal-adeżjoni fil-Komunitajiet Ewropej.

Marzu

14

M. Walter Behrendt jerġa' jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.

21

Franco Maria Malfatti, il-President tal-Kummissjoni, jirriżenja u jiġi sostitwit mill-Viċi President Sicco Mansholt. Il-Kunsill jadotta riżoluzzjoni bbażata fuq kwadru ġenerali mill-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet sabiex tintlaħaq l-ewwel fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja.

April

13-21/5

F'Santiago, iċ-Ċili, tiġi organizzata t-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD).

24

Jiġi stabbilit is-"serp" monetarju: Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jaqblu li jillimitaw il-marġini ta' varjazzjoni bejn il-muniti tagħhom għal 2.25%.

24-25

Il-Kunsill japprova l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jdaħħal lill-Mawrizju fil-Konvenzjoni bejn il-KE u l-Istati Afrikani Assoċjati u l-Madagaskar (AASM).

Mejju

1

Jibda jopera l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), kif riformat bid-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Frar 1971.

10

Referendum fl-Irlanda dwar is-sħubija tal-pajjiż fil-Komunitajiet Ewropej. Il-maġġoranza kbira hija favur l-adeżjoni.

Ġunju

5-6

Il-Kunsill jiddeċiedi li jestendi l-firxa tal-preferenzi ġeneralizzati biex tkopri l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li ssieħbu mal-grupp tas-sebgħa u sebgħin, flimkien ma' numru ta' pajjiżi u territorji oħra, b'effett minn Jannar 1973. Huwa jaqbel ukoll dwar il-linji li għandha ssegwi l-Komunità fl-eżami tat-Trattat tal-Adeżjoni fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

Lulju

1

Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Settembru

12

Il-ministri tal-finanzi tal-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, id-Danimarka, l-Irlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit jiltaqgħu f'Ruma, l-Italja. Huma jaqblu li jistabbilixxu Fond Ewropew għall-Kooperazzjoni Monetarja fl-ewwel fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja.

18

Iffirmati ftehimiet dwar kummerċ preferenzjali mal-Eġittu u l-Libanu.

19

Iffirmar ta' ftehim dwar kummerċ preferenzjali ma' Ċipru.

25

Referendum fin-Norveġja dwar is-sħubija tal-pajjiż fil-Komunitajiet Ewropej. Il-maġġoranza ma taqbilx mal-adeżjoni.

Ottubru

2

Referendum fid-Danimarka dwar is-sħubija tal-pajjiż fil-Komunitajiet Ewropej. Il-maġġoranza hija favur l-adeżjoni.

9

Wara l-vot kontra tar-referendum, il-gvern Norveġiż jiddikjara li n-Norveġja ma kinitx se tressaq l-abbozz ta' liġi għar-ratifika tal-adeżjoni quddiem il-Parlament. Il-Parlament Ewropew jgħaddi riżoluzzjoni li tinkludi suġġerimenti u talbiet speċifiċi għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri intra-Komunitarji.

16

Ir-Renju Unit jirratifika l-atti relatati mal-adeżjoni fil-Komunitajiet Ewropej.

19-21

Samit ġewwa Pariġi, fi Franza. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jiddefinixxu oqsma ġodda ta' azzjoni Komunitarja (li jirrigwardaw politiki reġjonali, ambjentali, soċjali, dwar l-enerġija u industrijali) u jerġgħu jaffermaw is-sena 1980 bħala l-iskadenza għall-kisba tal-unjoni ekonomika u monetarja.

Novembru

1-14

Laqgħa ġewwa Ġinevra, l-Isvizzera, tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?