Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Belġju jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Kummissjoni tissottometti memorandum lill-Kunsill dwar il-preparazzjoni ta' pjan għall-istabbiliment tal-unjoni ekonomika u monetarja.
Il-Kunsill jassenja kumitat ta' esperti presedut minn Pierre Werner, biex jagħmel proposti sabiex tinkiseb l-unjoni ekonomika u monetarja u jassenja t-tieni kumitat ta' esperti, presedut minn Etienne Davignon, biex joħroġ proposti għall-kooperazzjoni politika.
Is-Sur Mario Scelba jerġa' jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Iffirmar tat-Trattat tal-Lussemburgu. Il-Kunsill jiddeċiedi l-introduzzjoni gradwali ta' sistema ta' riżorsi proprji li biha l-Komunità tirċievi d-dazji doganali kollha fuq il-prodotti impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri, id-dħul kollu fuq l-importazzjonijiet agrikoli u r-riżorsi jiġi mit-taxxa fuq il-valur miżjud. Huma jiddeċiedu wkoll li jestendu l-poteri baġitarji tal-Parlament Ewropew.
Seduta kommemorattiva sabiex timmarka l-għoxrin anniversarju tad-dikjarazzjoni ta' Schuman.
Jiftħu ġewwa l-Lussemburgu n-negozjati ma' erba' Stati Membri prospettivi (id-Danimarka, l-Irlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit).
Il-Ġermanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Tidħol fil-kariga l-Kummissjoni l-ġdida, preseduta minn Franco Maria Malfatti.
Il-Kunsill joħroġ rapport finali dwar l-istabbiliment tal-unjoni ekonomika u monetarja.
Il-Kunsill jilħaq ftehim dwar il-prinċipji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-pjan Komunitarju fil-qasam tal-politika reġjonali.
L-Istati Membri japprovaw ir-rapport Davignon dwar il-kooperazzjoni politika. L-għan huwa li l-Ewropa titkellem b'vuċi waħda dwar il-problemi internazzjonali prinċipali kollha.
Il-Kunsill jiddeċiedi li jirriforma l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bil-għan li jipprovdi lill-Komunità strument xieraq sabiex tassigura korrelazzjoni bejn il-politika soċjali u l-politiki komuni l-oħra.
Sentenza Internationale Handelsgesellschaft. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkjarifika l-idea tad-drittijiet fundamentali fil-liġi Komunitarja. Hija tiddikjara li l-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet, għalkemm ispirata mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, trid tiġi garantita fil-qafas tal-istruttura u l-għanijiet tal-Komunità.