Mogħdija tan-navigazzjoni

Perjodu ta' tkabbir ekonomiku

1960 | 1961 | 1962 | 1963 | 1964 | 1965 | 1966 | 1967 | 1968 | 1969

F'Awwissu 1961 l-awtoritajiet komunisti fil-Ġermanja tal-Lvant jibnu ħajt f'Berlin biex iwaqqfu lill-popolazzjoni fil-Lvant milli taħrab lejn ħajja iktar liberta fil-Punent. Ftit jirnexxilhom jaħarbu; l-oħrajn jisfaw vittmi tal-għassiesa waqt li jippruvaw jaħarbu.

30 ta’ Lulju 1962

L-UE tibda l-'politika agrikola komuni' tagħha biex il-pajjiżi jkollhom kontroll konġunt fuq il-produzzjoni tal-ikel. Il-bdiewa jitħallsu l-istess għall-produzzjoni tagħhom. L-UE tkabbar biżżejjed ikel għall-bżonnijiet tagħha u l-bdiewa jaqilgħu paga deċenti. L-effett mhux mixtieq hu l-produzzjoni żejda b'muntanji ta' produzzjoni eċċessiva. Mis-snin disgħin 'il quddiem, l-UE tiffoka biex tonqos il-produzzjoni eċċessiva u togħla l-kwalità tal-ikel.

Il-'Beatlemania' tiddomina d-dinja fl-1963. Il-Beatles, l-ewwel supergrupp tal-mużika popolari, jiġbed folol kbar ta' żgħażagħ kull fejn jidhru. Iqanqlu rivoluzzjoni kulturali u jitwessa' d-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet.

20 ta’ Lulju 1963

L-UE tiffirma l-ewwel ftehim internazzjonali kbir - ftehim biex tgħin lil 18-il eks-kolonja fl-Afrika. Sal-2005 tistabbilixxi partenarjati speċjali ma' 78 pajjiż fir-reġjuni tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP). L-UE hi l-ikbar fornitur ta' għajnuna għall-iżvilupp lill-ifqar pajjiżi. L-UE tagħti l-għajnuna lill-benefiċjarji jekk dawn jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem.

L-irvellijiet tal-istudenti u l-ħaddiema fi Franza f'Mejju 1968 jgħeżżu l-pedamenti tal-Istat. Isiru protesti iżgħar tal-istudenti f'pajjiżi oħra tal-UE. Dawn jesprimu l-frustrazzjoni quddiem gvernijiet imbiegħda mir-realtà u kontra l-Gwerra fil-Vjetnam u t-tellieqa tal-armi nukleari.

1 ta’ Lulju 1968

Is-sitt pajjiżi jneħħu d-dazji doganali fuq il-prodotti importati mingħand xulxin biex għall-ewwel darba jkun hemm kummerċ ħieles bejn il-fruntieri. Jiġu applikati wkoll l-istess dazji fuq l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi mhux fl-UE. Jitwieled l-ikbar grupp kummerċjali fid-dinja. Il-kummerċ tas-sitt pajjiżi bejniethom kif ukoll tal-UE mal-bqija tad-dinja jikber malajr.

It-tankijiet Sovjetiċi jgħeżżu lil Praga f'Awwissu 1968 biex irażżnu l-hekk imsejħa 'Rebbiegħa ta' Praga' fiċ-Ċekoslovakkja. B'iktar minn 600,000 suldat, iċ-Ċeki u s-Slovakki jsibu ruħhom darhom mal-ħajt. Wieħed student, Jan Palach, jagħti n-nar lilu nnifsu b'sinjal ta' protesta.

L-Amerikani jerġgħu jasserixxu s-supremazija fl-ispazju billi jtellgħu raġel fuq il-qamar f'Lulju 1969.

1960 | 1961 | 1962 | 1963 | 1964 | 1965 | 1966 | 1967 | 1968 | 1969

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?