Mogħdija tan-navigazzjoni

1960 | 1961 | 1962 | 1963 | 1964 | 1965 | 1966 | 1967 | 1968 | 1969

1969

Jannar

1

Il-Lussemburgu jassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Frar

6-7

Laqgħa fil-Lussemburgu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU).

Lulju

1

Il-Pajjiżi l-Baxxi jassumu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

6

Is-Sur Jean Rey jerġa' jiġi elett President tal-Kummissjoni.

16

Il-Kummissjoni tippreżenta memorandum lill-Kunsill dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri bir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet u dwar iż-żieda fil-poteri baġitarji tal-Parlament Ewropew.

22-23

Il-Kunsill jissokta bl-eżami tal-applikazzjoni għas-sħubija fil-KE tar-Renju Unit, id-Danimarka, l-Irlanda u n-Norveġja. Huwa jitlob lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-opinjoni li tat dwar il-kwistjoni f'Settembru 1967.

29

Iffirmar tat-tieni konvenzjoni ta' Yaoundé.

Awwissu

10

Fuq talba tal-Kunsill, il-Kummissjoni taġġorna l-opinjoni li tat dwar l-applikazzjoni għas-sħubija fil-KE tar-Renju Unit, id-Danimarka, l-Irlanda u n-Norveġja.

26-23/9

F'Ġinevra, l-Iżvizzera, issir id-disa' sessjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD). Id-diskussjoni tiffoka prinċipalment fuq il-kontribut tal-UNCTAD għat-tieni Għaxar Snin ta' Żvilupp tan-NU.

Ottubru

1

Il-Kummissjoni tissottometti opinjoni supplimentari dwar l-applikazzjonijiet għas-sħubija fil-KE ppreżentati mir-Renju Unit, id-Danimarka, l-Irlanda u n-Norveġja.

15

Il-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' deċiżjoni lill-Kunsill dwar l-għoti lill-Komunità tal-istrumenti li teħtieġ sabiex tippromwovi politika ta' żvilupp reġjonali.

Novembru

12

Sentenza Stauder. Għall-ewwel darba, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkummenta dwar il-protezzjoni tal-individwu, fejn issostni li l-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, li l-Qorti trid tiżgura r-rispett tagħhom, jinkludu d-drittijiet fundamentali tal-individwu.

Diċembru

1-2

Samit ġewwa l-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jimxu lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina u l-allinjament mill-qrib tal-politiki soċjali li din timplika, u jerġgħu jaffermaw il-qbil tagħhom fuq il-prinċipju tat-tkabbir tal-Komunità.

11

Is-Sur Rey, President tal-Kummissjoni, jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu quddiem il-Parlament Ewropew għad-deċiżjonijiet meħuda fis-samit rigward it-tlestija u t-tisħiħ tal-Komunità.

31

Jintemm il-perjodu tranżizzjonali ta' 12-il sena stipulat mit-Trattat dwar il-Komunitajiet Ekonomiċi Ewropej (KEE) għall-implimentazzjoni tas-suq komuni.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?