Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Kunsill tal-Ministri tal-KEE jiddeċiedi li jarmonizza t-taxxi indiretti fil-Komunità, li jadotta l-prinċipju tas-sistema ta' taxxa fuq il-valur miżjud u li japprova l-ewwel programm ta' politika ekonomika fuq perjodu medju li jiddefinixxi u jiffissa l-miri tal-politika ekonomika tal-Komunità għas-snin li ġejjin.
Is-Sur Alain Poher jerġa' jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Ir-Renju Unit jerġa' japplika sabiex jissieħeb fil-Komunità. Huwa jiġi segwit mill-Irlanda u d-Danimarka u, ftit wara, min-Norveġja. Il-Ġeneral de Gaulle għadu riluttanti li jaċċetta l-adeżjoni tar-Renju Unit.
F'Ruma, l-Italja, isir samit sabiex jiġi ċċelebrat l-għaxar anniversarju mill-iffirmar tat-Trattati tal-KEE u tal-Euratom. Il-kapijiet ta' stat jew tal-gvern jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jdaħħlu fis-seħħ it-Trattat li jgħaqqad l-istituzzjonijiet tat-tliet Komunitajiet mill-1 ta' Lulju 1967.
Il-Kummissjoni tiffirma l-Att finali tan-negozjati multilaterali (sessjoni ta' Kennedy) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).
Jidħol fis-seħħ it-Trattat tal-Għaqda, li jgħaqqad l-eżekuttivi tal-Komunitajiet Ewropej (KEFA, KEE, Euratom). Minn issa 'l quddiem, il-Komunitajiet Ewropej se jkollhom Kummissjoni waħda u Kunsill wieħed. Madankollu, it-tnejn ikomplu jaġixxu skont ir-regoli li jmexxu kull waħda mill-Komunitajiet.
Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej jagħmel l-ewwel sessjoni tiegħu bil-Ġermanja fil-Presidenza.
Tieħu l-kariga l-Kummissjoni l-ġdida, preseduta minn Jean Rey.
Il-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjonijiet għas-sħubija fil-KE ppreżentati mir-Renju Unit, id-Danimarka, l-Irlanda u n-Norveġja.
L-istituzzjonijiet jagħmlu l-ewwel laqgħa annwali konġunta tagħhom u jiddiskutu l-prospetti għall-iżvilupp tal-Komunitajiet wara l-għaqda tal-istituzzjonijiet.