Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-KEE tidħol fit-tielet u l-aħħar fażi tat-tranżizzjoni għas-suq komuni. Dan jinvolvi s-sostituzzjoni tal-vot unanimu bis-sistema tal-maġġoranza għall-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill.
Issir ġewwa Brussell, fil-Belġju, il-laqgħa annwali konġunta bejn l-istituzzjonijiet Ewropej. Id-diskussjoni tittratta prinċipalment żewġ problemi istituzzjonali: il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill u d-deċiżjonijiet permezz tal-maġġoranza tal-Kunsill.
Kompromess tal-Lussemburgu. Wara li ħaddmet politika ta' "siġġu vojt" għal seba' xhur, Franza terġa' tieħu postha fil-Kunsill bi bdil maż-żamma tal-vot unanimu meta fin-nofs ikunu involuti interessi maġġuri.
Is-Sur Alain Poher jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni tagħmel il-proposta tagħha lill-Kunsill dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), id-dħul indipendenti għall-Komunità u setgħat aktar wiesgħa għall-Parlament Ewropew.
Il-Belġju jirratifika t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Italja tirratifika t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Kunsill jadotta deċiżjonijiet u riżoluzzjonijiet fir-rigward tal-kalendarju u l-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u jistabbilixxi l-għanijiet f'oqsma oħra ta' interess komuni.
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jirratifika t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Pajjiżi l-Baxxi jirratifikaw it-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Laqgħa konġunta tal-istituzzjonijiet Ewropej. Id-diskussjoni tikkonċentra prinċipalment fuq il-progress tal-Komunità lejn unjoni ekonomika u l-prospetti għall-ġejjieni.