Mogħdija tan-navigazzjoni
Is-Sur Leemans jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Il-Bord tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), l-organu permanenti tal-Konferenza, jagħmel l-ewwel laqgħa tiegħu fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa jadotta l-programm ta' ħidma tiegħu, iwaqqaf l-aġenziji sussidjarji tiegħu u jistabbilixxi t-termini ta' referenza tagħhom.
Jiġi ffirmat fi Brussell it-Trattat li jgħaqqad l-eżekuttiv tat-tliet Komunitajiet (KEFA, KEE, Euratom). Dan se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1967.
Franza tirratifika t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Ġermanja tirratifika t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill u Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Franza twaqqaf in-negozjati dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Il-gvern Franċiż isejjaħ lura lir-rappreżentant permanenti tiegħu. Għalissa, id-delegazzjoni Franċiża mhix se tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill jew tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti.
Il-Kummissjoni tissottometti memorandum lill-Kunsill dwar il-finanzjament tal-PAK u dwar id-dħul indipendenti għall-Komunità.
Il-Kunsill jaċċetta l-memorandum tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-PAK bħala bażi tajba għad-diskussjoni.
Il-Kummissjoni tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istati Membri. Hija titlob sabiex ma joħolqux ostakoli ġodda għall-kummerċ intra-Komunitarju meta jadottaw liġijiet u regolamenti ta' natura teknika.
Sentenza Dekker. Fil-qafas tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiċċara li t-terminu "benefiċċji in natura" ma japplikax għas-somom imħallsa minbarra l-pensjonijiet, maħsuba sabiex ikopru parti mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà tas-saħħa tal-pensjonanti.