Mogħdija tan-navigazzjoni
Is-Sur Hallstein jerġa' jiġi elett President tal-Kummissjoni tal-KEE.
Is-Sur Duvieusart jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Ftuħ uffiċjali tas-sessjoni ta' Kennedy ta' negozjati kummerċjali multilaterali taħt il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). Il-Komunità tipparteċipa fil-laqgħa.
F'Ġinevra, l-Iżvizzera, issir il-Konferenza Dinjija dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp.
Tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Yaoundé.
Jiġi stabbilit il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (EAGGF).
Sentenza Costa/ENEL. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiddikjara li l-liġi Komunitarja tipprevali fuq il-liġi nazzjonali.
Il-Kunsill jilħaq ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni unika li fl-aħħar mill-aħħar se jkollha disa' membri.
Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Assoċjazzjoni ffirmat bejn il-KEE u t-Turkija.
Il-Kunsill jagħti struzzjonijiet lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposti dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u sabiex tissottometti proposti dwar il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tat-trasferiment għall-baġit Komunitarju tad-dazji fuq il-prodotti agrikoli.
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti toħloq il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ii-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) bħala organu tal-Assemblea Ġenerali.