Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Ġeneral de Gaulle, President tar-Repubblika Franċiża, isostni li Franza tiddubita r-rieda politika tar-Renju Unit li jissieħeb fil-Komunità. Ftit jiem wara, jiġu sospiżi n-negozjati mal-pajjiżi kollha applikanti.
Sentenza Van Gend en Loos. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tispeċifika li l-Komunità tikkostitwixxi ordni legali ġdid li għall-benefiċċju tiegħu l-Istati Membri qablu ma' restrizzjoni tad-drittijiet sovrani tagħhom.
Is-Sur Gaetano Martino jerġa' jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
Ftuħ uffiċjali tan-negozjati kummerċjali tal-GATT (sessjoni ta' Kennedy).
B'segwitu għad-deċiżjoni li jiġi aċċellerat l-istabbiliment ta' unjoni doganali, jitwettaq is-sitt tnaqqis intrakomunitarju fid-dazji doganali u t-tieni allinjament tat-tariffa esterna komuni.
F'Yaoundé, il-Kamerun, tiġi ffirmata l-Konvenzjoni ta' Yaoundé, li hija ftehim ta' assoċjazzjoni validu għal ħames snin bejn il-Komunità u 18-il stat Afrikan.
Mewt ta' Robert Schuman.
Il-Kunsill jilħaq ftehim fil-prinċipju dwar il-kwistjoni tal-għaqda tal-eżekuttivi.
Is-Sur Dino del Bo jinħatar President tal-Awtorità Għolja tal-KEFA.