Mogħdija tan-navigazzjoni
Samit ġewwa Pariġi, fi Franza, dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita kooperazzjoni politika b'saħħitha.
Is-Sur Furler jerġa' jiġi elett President tal-Assemblea Parlamentari.
Il-gvern Olandiż jieħu l-inizjattiva li jissottometti abbozz ta' dokument li jippromwovi r-reviżjoni tat-Trattati ta' Ruma u ta' Pariġi permezz ta' konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill waħdieni għall-Komunitajiet u Kummissjoni Għolja Ewropea (għaqda tal-eżekuttivi). Il-Parlament Ewropew u ż-żewġ Kummissjonijiet jiġu kkonsultati dwar dan l-abbozz. L-għaqda tal-eżekuttivi ma sseħħx f'dan il-punt minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri dwar il-firxa tar-riforma.
Samit Ewropew ġewwa Bonn, fil-Ġermanja. Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jesprimu x-xewqa tagħhom li jistabbilixxu unjoni politika.
L-Irlanda tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.
Ir-Renju Unit japplika formalment sabiex jissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.
Id-Danimarka tapplika formalment sabiex tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej.
Jidħol fis-seħħ l-ewwel regolament dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema.
Fi Strasburgu, fi Franza, jinżamm kollokju bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Is-suġġetti diskussi huma l-passaġġ mill-ewwel għat-tieni fażi tas-suq komuni u l-assoċjazzjoni ma' pajjiżi barranin.
Is-Sur Walter Hallstein jerġa' jiġi elett President tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea.