Mogħdija tan-navigazzjoni
Tiġi ffirmata fi Stokkolma, l-Isvezja, il-konvenzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), li tinkludi lill-Awstrija, id-Danimarka, in-Norveġja, il-Portugall, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit.
Tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Stokkolma li tistabbilixxi l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).
Il-Kunsill jadotta l-leġislazzjoni dwar il-Fond Soċjali Ewropew. L-għan tal-fond huwa li jippromwovi l-impjiegi u l-mobilità ġeografika u professjonali tal-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.
Jidħol fis-seħħ ir-regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew.
Tiġi ffirmata ġewwa Brussell, fil-Belġju, il-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà fin-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol).
L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika Ewropea (OEEC) issir l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD).