L-għeruq storiċi tal-Unjoni Ewropea jinsabu fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-Ewropej huma determinati li jevitaw li qtil u ħerba bħal din ma tiġri qatt iktar. Wara l-gwerra, l-Ewropa tinqasam bejn il-Lvant u l-Punent u tibda l-Gwerra Bierda li ddum 40 sena. In-nazzjonijiet Ewropej tal-Punent joħolqu l-
Kunsill tal-Ewropa![]()
![]()
![]()
fl-1949. Hu l-ewwel pass lejn il-kooperazzjoni bejniethom, iżda sitt pajjiżi jixtiequ jmorru lil hinn.
9 ta' Mejju 1950 - Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin Robert Schuman jippreżenta pjan għal iktar kooperazzjoni. Iktar tard, id-9 ta' Mejju tibda titfakkar bħala 'Jum l-Ewropa'.
18 ta’ April 1951
Abbażi tal- pjan Schuman, sitt pajjiżi jiffirmaw trattat għal tmexxija komuni tal-industriji tal-faħam u l-azzar tagħhom. B'hekk l-ebda pajjiż waħdu ma jista' jibni l-armi għall-gwerra biex idur kontra pajjiż ieħor, bħalma kien jiġri qabel. Is-sitt pajjiżi huma l-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Lussemburgu.
Stati Membri fundaturi: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Lussemburgu.

Il-perit Żvizzeru Le Corbusier jinawgura xejra ġdida bil-ftuħ (fl-1952) tal-kumpless arkitettoniku Unité d’habitation ('belt vertikali') f'Marsilja, Franza. Id-dehra għerija ta' din il-binja tal-konkrit titlaqqam il-'Brutaliżmu ġdid'.
Fl-Ungerija, il-poplu jqum kontra r-reġim pro-Sovjetiku fl-1956. F'Novembru, tankijiet Sovjetiċi jidħlu f'Budapest biex irażżnu l-protesti.
L-Unjoni Sovjetika tirbaħ lill-Istati Uniti fil-konkwista tal-ispazju bit-tnedija tal-ewwel satellita mibnija mill-bniedem, Sputnik 1, fl-1957, li tidħol fl-orbita f'għoli ta' 800 km. Fl-1961 l-Unjoni Sovjetika terġa' tirbaħ bl-ewwel kosmonawta, Yuri Gagarin, b'tagħmir spazzjali b'dijametru ta' 2.6 metri biss.
25 ta’ Marzu 1957
Fuq is-suċċess tat- Trattat dwar il-Faħam u l-Azzar, is-sitt pajjiżi jwessgħu l-kooperazzjoni għal setturi ekonomiċi oħra. Jiffirmaw it- Trattat ta' Ruma li joħloq il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), jew ' suq komuni '. L-idea hi li l-persuni, il-prodotti u s-servizzi jiċċaqalqu b'mod ħieles bejn il-fruntieri.











