Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

Robert Schuman (1886-1963)

Il-politiku Robert Schuman, avukat kwalifikat u ministru għall-affarijiet barranin Franċiż bejn l-1948 u l-1952, huwa meqjus bħala wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-unità Ewropea.

Oriġinarju mir-reġjun ta' Alsace fil-fruntiera bejn Franza u l-Ġermanja, minkejja, jew forsi minħabba l-esperjenzi tiegħu fil-Ġermanja Nażista, huwa għaraf li rikonċiljazzjoni dejjiema mal-Ġermanja biss setgħet tifforma l-bażi għal Ewropa magħquda. Deportat lejn il-Ġermanja fl-1940, huwa ssieħeb mar-Reżistenza Franċiża wara li ħarab sentejn wara. Minkejja dan huwa ma wera l-ebda riżentiment, meta wara l-gwerra huwa laħaq ministru tal-affarijiet barranin.

F'kooperazzjoni ma' Jean Monnet, huwa fassal il-Pjan magħruf internazzjonalment ta' Schuman, li huwa ppubblika fid-9 ta' Mejju 1950, id-data li llum hija meqjusa bħala t-twelid tal-Unjoni Ewropea. Huwa ppropona kontroll konġunt tal-produzzjoni tal-faħam u l-azzar, li huma l-iżjed materjali importanti għall-industrija tal-armamenti. L-idea bażika kienet li kull min ma kellux kontroll fuq il-produzzjoni tal-faħam u l-azzar ma jkunx kapaċi jiġġieled gwerra.

Schuman informa lill-kanċillier Ġermaniż Adenauer dwar il-pjan; dan mill-ewwel għaraf l-opportunità għal Ewropa paċifika u qabel. Ftit wara, il-gvernijiet tal-Italja, il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi rreaġixxew ukoll. Is-sitt stati ffirmaw il-ftehim għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f'Pariġi f'April 1951. B'dan il-mod, l-Ewropa bdiet bħala inizjattiva għall-paċi.

Schuman appoġġa wkoll il-ħolqien ta' politika Ewropea komuni dwar id-difiża, u, mill-1958-60 kien il-president tal-Parlament Ewropew.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?