Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Kif taħdem l-UE
    • Informazzjoni bażika
    • Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji
    • Xogħol għal u mal-UE

Konrad Adenauer (1876-1967)

L-ewwel Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li mill-1949-63 kien imexxi l-istat li kien għadu kif jiġi ffurmat, biddel aktar minn kull persuna oħra l-wiċċ tal-istorja Ġermaniża u Ewropea ta' wara l-gwerra.

Bħal bosta politiċi tal-ġenerazzjoni tiegħu, Adenauer kien diġà rrealizza wara l-Ewwel Gwerra Dinjija li l-paċi dejjiema setgħet tinkiseb biss permezz ta' Ewropa magħquda. L-esperjenzi tiegħu matul it-Tielet Reich - huwa tneħħa min-Nażi mill-kariga tiegħu bħala sindku ta' Cologne - servew sabiex jikkonfermaw din l-opinjoni.

F'sitt snin biss mill-1949-55, Adenauer irrealizza miri ta' importanza kbira fil-politika barranija sabiex jorbot lill-Ġermanja fi ħdan l-alleanza tal-Punent: is-sħubija fil-Kunsill tal-Ewropa (1951), it-twaqqif tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (1952), u d-dħul tal-Ġermanja fin-NATO (1955).

Punt fundamentali tal-politika barranija ta' Adenauer kienet ir-rikonċiljazzjoni ma' Franza. Flimkien mal-president Franċiż Charles de Gaulle, inkisbet żvolta fl-istorja: fl-1963, il-Ġermanja u Franza li fl-imgħoddi kienu għedewwa kbar, iffirmaw trattat ta' ħbiberija li sar wieħed mill-mumenti importanti fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?