Mogħdija tan-navigazzjoni
Jittieħdu l-ewwel passi sabiex bil-mod il-mod jitneħħew id-dazji doganali u l-kwoti fi ħdan il-KEE.
Robert Schuman jerġa' jiġi elett President tal-Assemblea Parlamentari.
Etienne Hirsch jiġi elett President tal-Kummissjoni Euratom.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tadotta r-regolamenti tagħha ta' proċedura.
Il-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) jagħti l-ewwel self tiegħu.
Il-Kunsill Ewropew jaċċetta l-"proposta Dillon" tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar negozjati kummerċjali multilaterali (Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-qafas Kummerċjali). Il-Kummissjoni, assistita minn Kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill, se tmexxi dawn in-negozjati.
Il-Greċja tapplika għal ftehim ta' assoċjazzjoni mal-KEE.
L-amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali tal-KEE jistabbilixxu tliet gruppi ta' ħidma sabiex jivvalutaw il-possibbiltà ta' armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-taxxa indiretta.
Issir l-ewwel laqgħa tal-esperti tal-pajjiżi Membri dwar il-problema tad-dumping. Huma jivvalutaw ir-regolamenti li għandhom jiddaħħlu sabiex jiġi evitat id-dumping intrakomunitarju.
Seba' pajjiżi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika Ewropea (OEEC), jiġifieri l-Awstrija, id-Danimarka, in-Norveġja, il-Portugall, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit, jiddeċiedu li jwaqqfu Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).
It-Turkija tapplika għal ftehim ta' assoċjazzjoni mal-KEE.
Jibdew in-negozjati għall-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-Greċja mal-KEE.
Piero Malvestiti jiġi elett President tal-Awtorità Għolja tal-KEFA.
Jibdew in-negozjati għall-ftehim ta' assoċjazzjoni tat-Turkija mal-KEE.
Pierre Wigny, il-ministru Belġjan għall-affarijiet barranin, jissuġġerixxi l-idea biex l-Awtorità Għolja tal-KEFA u ż-żewġ Kummissjonijiet (KEE u Euratom) stabbiliti bit-Trattat ta' Ruma jingħaqdu f'istituzzjoni waħda.