Mogħdija tan-navigazzjoni
Jidħlu fis-seħħ it-Trattati ta' Ruma. Il-Komunitajiet tal-KEE u tal-EURATOM jiġu stabbiliti fi Brussell. L-Assemblea Parlamentari fil-Lussemburgu u l-Qorti tal-Ġustizzja huma komuni għat-tliet Komunitajiet kollha.
Walter Hallstein jinħatar President tal-Kummissjoni tal-KEE. Louis Armand jinħatar President tal-Kummissjoni tal-Euratom. Paul Finet jinħatar President tal-Awtorità Għolja tal-KEFA.
Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jiddeċiedu li joħolqu l-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER) sabiex jipprepara l-ħidma tal-Kunsilli.
L-Istati Membri jistabbilixxu tariffa armonizzata għall-faħam u l-azzar. Tiġi konċessa deroga lil Franza u lill-Italja. It-tnejn se jitħallew jitolbu drittijiet ogħla għal perjodu ta' sentejn għal ċerti prodotti.
Fi Strasburgu, Franza, issir is-sessjoni li tistabbilixxi l-Assemblea Parlamentari Ewropea. Is-Sur Robert Schuman jinħatar President tal-Assemblea. Din l-assemblea għandha tieħu post dik tal-KEFA.
L-ewwel regolament tal-Kunsill jistabbilixxi l-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż bħala l-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet.
Jiġi ppubblikat l-ewwel Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan jieħu post il-Ġurnal Uffiċjali tal-KEFA.
Il-Kunsill jinnomina l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (KES).
Għall-ewwel darba, id-deputati tal-Assemblea Ġenerali huma raggruppati skont il-gruppi politiċi pjuttost milli skont in-nazzjonalità tagħhom.
Fi Brussell, il-Belġju, issir laqgħa sabiex jitwaqqaf il-KES.
L-Assemblea Parlamentari tadotta r-regolament intern tagħha.
Konferenza li saret fi Stresa (l-Italja) tistabbilixxi l-bażi ta' politika agrikola komuni (PAK).
F'Ġinevra, l-Iżvizzera, Walter Hallstein jiffirma ftehim formali ta' kollegament u kollaborazzjoni bejn il-KEE u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).
Tiġi stabbilita fil-Lussemburgu, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tissostitwixxi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA.
Il-gvernaturi tal-Kunsill tal-EIB jadottaw l-ewwel direttivi rigward il-politika ta' kreditu tal-Bank.
Jidħol fis-seħħ il-Ftehim Monetarju Ewropew.