Mogħdija tan-navigazzjoni
L-Awtorità Għolja tal-KEFA tikkonferma l-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti tal-azzar impurtati minn pajjiżi terzi fi ħdan il-Komunità.
Paul-Henri Spaak, il-ministru għall-affarijiet barranin Belġjan, jippreżenta rapport lill-kollegi tiegħu tal-KEFA dwar l-abbozz ta' Trattati Komunitarji li jipprevedu l-ħolqien tal-KEE u l-Euratom.
Ir-rapport Spaak jiġi approvat. F'laqgħa ġewwa Venezja, il-ministri tal-affarijiet barranin jiddeċiedu li jibdew negozjati intergovernattivi dwar il-konklużjoni ta' żewġ Trattati li jistabbilixxu Komunità Ekonomika Ewropea u Komunità tal-Enerġija Atomika.
Jiftħu fi Brussell in-negozjati għat-tfassal tat-testi ta' stabbiliment għall-KEE u l-Euratom.