Mogħdija tan-navigazzjoni
Alcide de Gasperi jinħatar President tal-Assemblea Parlamentari Ewropea.
Il-Belgju, Franza, il-Germanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjizi l-Baxxi jiltaqghu fi Brussell, il-Belgju. L-istatista Franċiż Pierre Mendès France ma jirnexxilux fit-talba tiegħu sabiex jitnaqqas il-karattru sovranazzjonali tal-Komunità Ewropea tad-Difiża (EDC).
L-Assemblea Nazzjonali Franċiża tirrifjuta t-Trattat dwar il-Komunità Ewropea tad-Difiża.
Wara l-Konferenza ta' Londra, jiġu ffirmati ġewwa Pariġi ftehimiet dwar modifika tat-Trattat ta' Brussell, u tinħoloq l-Unjoni tal-Ewropa tal-Punent (WEU).
Jean Monnet, President tal-Awtorità Għolja tal-KEFA, jirriżenja wara l-falliment tal-EDC.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tagħti l-ewwel sentenza tagħha.